Avviż Legali Importanti
Official Journal L 327 , 22/11/1986 P. 0050 - 0050
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 22 P. 0062
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 22 P. 0062
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tat-12 ta’ Novembru 1986
li temenda d-Deċiżjoni 81/675/KEE li tistabilixxi li ċerti sistemi ta’ siġillar huma "sistemi li ma jistgħux jerġgħu jintużaw" skond it-tifsira ta’, fost oħrajn, id-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE u 69/208/KEE
(86/563/KEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar it-tpoġġija fis-suq ta’ żerriegħa tal-magħlef [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 86/155/KEE [2], u b’ mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) ta’ din,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 69/208/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1969 dwar it-tpoġġija fis-suq ta’ żerriegħa ta’ pjanti taż- żejt u tal-fibra [3], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 86/155/KEE, u b’ mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,
billi d- Deċiżjoni tal-Kummissjoni 81/675/KEE [4], stabbiliet li ċerti sistemi ta’ siġill kienu "sistemi li ma jistgħux jerġgħu jintużaw" skond it-tifsira ta’ ċerti Direttivi tal-Kunsill dwar is-suq taż- żerriegħa u ta’ materjal li jkattar, inklużi d-Direttiva 66/401/KEE u d-Direttiva 69/208/KEE;
billi kien mifhum f’ dak iż- żmien li l-użu ta’ waħda mis-sistemi kkonċernati, li dak iż- żmien kien speċifikat esklussivament għal żerriegħa taċ-ċereali, għandu juri tnaqqis li jiffavorixxi s-sistemi l-ġodda u għandu jerġa’ jiġi meqjus wara ħames snin;
billi l-esperjenza wriet li s-sistema msemmija tipprovdi garanzija suffiċjenti ta’ effettività u għandha għalhekk tiġi meqjusa bħala "sistema li ma tistax terġa’ tintuża" skond it-tifsira tad-Direttiva 66/401/KEE u d- Direttiva 69/208/KEE għaż-żerriegħa ta’ ċerti speċji ta’ pjanti tal-magħlef u pjanti taż- żejt u tal-fibra;
billi l-miżuri mniżżla f’din id-Deċisjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Żerriegħa u Materjal li jkattar għall-Agrikoltura, Ortikultura u Forestrija,
ADOTTAT DIN ID-DEĊISJONI:
L-Artikolu 1
Fl-Artikolu 1(2) tad- Deċiżjoni 81/675/KEE il-kliem "skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 66/402/KEE:" huma mibdula bil-kliem li ġejjin:
"— ‘skond it-tifsira ta’: d- Direttiva 66/401/KEE safejn l-ispeċji li ġejjin huma konċernati:
lupinus albus,
lupinus angustifolius,
lupinus luteus,
Pisum sativum,
Vicia faba,
Vicia pannonica,
Vicia sativa,
Vicia villosa;
— Direttiva 66/402/KEE;
— Direttiva 69/208/KEE sa’ fejn l-ispeċi li ġejjin huma konċernati:
Arachis hypogaea,
Glycine max.,
Gossypium spp.,
Helianthus annuus:"
.
L-Artikolu 2
Din id- deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussel, fit-12 ta’ Novembru 1986.
Għall-Kummissjoni
Frans Andriessen
Viċi-President
[1] ĠU C 125, tal-11.7.1966, p. 2298/66.
[2] ĠU L 118, tas-7.5.1986, p. 23.
[3] ĠU L 169, ta’ l-10.7.1969, p. 3.
[4] ĠU L 246, tad-29.8.1981, p. 26.
--------------------------------------------------
Top