Avviż Legali Importanti
Official Journal L 375 , 31/12/1980 P. 0074 - 0074
Finnish special edition: Chapter 6 Volume 2 P. 0077
Greek special edition: Chapter 06 Volume 3 P. 0007
Swedish special edition: Chapter 6 Volume 2 P. 0077
Spanish special edition: Chapter 06 Volume 2 P. 0125
Portuguese special edition Chapter 06 Volume 2 P. 0125
Id-Direttiva Tal-Kunsill
tat-22 ta’ Diċembru 1980
li temenda, b’konsegwenza għall-adeżjoni tal-Greċja, id-Direttiva 80/154/KEE dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali għall-professjoni tal-qabla u li tinkludi miżuri biex jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi
(80/1273/KEE)
IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidra l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1979, u b’mod partikolari l-Artikolu 146 tiegħu,
Billi d-Direttiva tal-Kunsill 80/154/KEE tal-21 ta’ Jannar 1980 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali għall-professjoni tal-qabla u li tinkludi miżuri biex jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi [1] kienet adottata wara l-firma ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni;
Billi, għar-raġuni ta’ l-adeżjoni tal-Greċja, hemm il-ħtieġa ta’ ċerti emendi għad-Direttiva sabiex jiżguraw li tiġi applikata bl-istess mod mill-Greċja u l-Istati Membri l-oħrajn,
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
L-Artikolu 1
Id-Direttiva 80/154/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:
1. Dan li ġej għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 1:
"Μαια".".
2. Il-punt li ġej għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 3:
"j. fil-Grecja:
- il-πτυχιο μαιαζ awtentikat mill-Ministeru tas-Servizzi Socjali,
- il- πτυχιο `Ανωτεραζ Σχοληζ Στελεχ v ν Υγειαζ και Κοινωνικηζ Προνοιαζ, Τμηματοζ Μαι v ν’ maħruġ mill-KATEE"
L-Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 80/154/KEE.
Għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni b’dan.
L-Artikolu 3
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussel, fit-22 ta’ Diċembru 1980.
Għall-Kunsill
Il-President
J. Santer
[1] ĠU L 33, tal-11.2.1980, p. 1.
--------------------------------------------------
Top