Avviż Legali Importanti
Official Journal L 072 , 15/03/1986 P. 0040 - 0041
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0156
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0156
Id-Deċiżjoni tal-Kommissjoni
tat-13 ta’ Frar 1986
dwar il-lista ta’ stabbilimenti fil-Marokk approvati għall-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità
(86/65/KEE)
IL-KOMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 fuq problemi ta’ spezzjonar veterinarju u ta’ saħħa dwar l-importazzjoni ta’ annimali ta’ l-ifrat u majjal u laħam frisk minn pajjiżi terzi [1], kif emendat l-aħħar bid-Direttiva 83/91/KEE [2], partikolarment f’L-Artikoli 4 u 18 (1) tiegħu;
Billi l-istabbilimenti fil-pajjiżi terzi ma jistgħux ikunu awtorizzati biex jesportaw laħam frisk lill-Komunità jekk ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet ġenerali u speċjali mniżżla fid-Direttiva 72/462/KEE;
Billi fuq il-bażi ta’ l-ewwel ispezzjoni l-ebda stabbiliment ma kien iġġudikati sodisfaċenti u d-Deċiżjoni tal-Kommissjoni 84/325/KEE [3] ipprojbixxiet lill-Istati Membri, fuq bażi ta’ Komunità, milli jimpurtaw laħam frisk minn stabbilimenti fil-Marokk, waqt li ħalliet lil dawk l-Istati Membri li l-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom tippermettilhom dan biex ma twaqqafx in-negozju eżistenti ma’ l-istabbilimenti proposti mill-awtoritajiet Marokkini, għal perjodu ta’ seba’ xhur;
Billi spezzjoni oħra magħmula skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 72/462/KEE u l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni tal-Kommissjoni 83/196/KEE tat-8 ta’ April 1983 li tikkonċerna spezzjonijiet fil-post li għandhom isiru fir-rigward ta’ importazzjoni ta’ annimali ta’ l-ifrat u majjal u laħam frisk minn pajjiżi mhux-membri [4] uriet li l-istandard ta’ iġjene tjieb fi stabbiliment wieħed u għalhekk jista’ jiġi kkunsidrat bħala sodisfaċenti;
Billi dan l-istabbiliment jista’, f’dawn iċ-ċirkostanzi, jkun inkluż fil-lista ta’ stabbilimenti awtorizzati għall-esportazzjoni fil-Komunità u għalhekk, id-Deċiżjoni 84/325/KEE għandha tiġi revokata;
Billi importazzjoni ta’ laħam frisk mill-istabbiliment li jidher fl-Anness jibqa’ suġġett għal dispożizzjonijiet mniżżla xi mkien ieħor u għal dispożizzjonijiet ġenerali tat-Trattat; billi b’mod partikolari, l-importazzjoni minn pajjiżi tat-tielet dinja u tqassim lill-Stati Membri oħra ta’ ċerti kategoriji ta’ laħam, bħal laħam li jkun fih residwi ta’ ċerti sustanzi li ma jkunux għadhom koperti mir-regoli ta’ armonizzazzjoni tal-Komunità, jibqgħu suġġetti għal-leġislazzjoni tas-saħħa ta’ l-Istat Membru li jimporta, suġġetti għad-disposizzjonjiet ġenerali tat-Trattat;
Billi l-miżuri provvduti f’din id-Deċiżjoni jaqblu mal-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI
Artikolu 1
1. L-istabbiliment fil-Marokk li jidher fl-Anness huwa hawnhekk approvat għall-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità skond l-Anness imsemmi.
2. Oġġetti importati mill-istabbilimenti mniżżla fl-Anness għandhom jibqgħu suġġetti għad-dispożizzjonijiet veterinarji tal-Komunità mniżżla xi mkien ieħor.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-importazzjoni ta’ laħam frisk minn stabbilimenti li ma jidhrux fl-Anness.
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni 84/325/KEE hija hawnhekk revokata.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mis-16 ta’ Frar 1986.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussel, fit-13 ta’ Frar 1986.
Għall-Kummissjoni
Frans Andriessen
Viċi-President
[1] ĠU L 302 tat-31.12.1972, p. 28.
[2] ĠU L 59 tat-5.3.1983, p. 34.
[3] ĠU L 170 tat-29.6.1984, p. 78.
[4] ĠU L 108 tat-26.4.1983, p. 18.
--------------------------------------------------
L-ANNESS
LISTA TA' STABBILIMENTI
Nru ta' Approvazzjoni | Stabbiliment | Indirizz |
LAĦAM TAS-'SOLIPEDS' |
Biċċerija |
1 | Abattoirs Municipaux | Settat |
--------------------------------------------------
Top