Avviż Legali Importanti
Official Journal L 331 , 18/12/2003 P. 0058 - 0059
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Nru 127/2003
tas-26 ta' Settembru 2003
li temenda l-Anness XX (L-ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) L-Anness XX mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 93/2003 tal-11 ta' Lulju 2003 [1].
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/121/KE tal-11 ta' Frar 2003 li tistabblixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-konċessjoni ta' l-eko-tikketta Komunitarja lill-magni tat-tindif bil-vakwu [2], trid tiġi inkorporata fil-Ftehim,
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XX għandu jiġi emendat kif ġej:
Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 2ev (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/272/KE):
"2ew. it-32003 D 0121: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/121/KE tal-11 ta' Frar 2003 li tistabblixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-konċessjoni ta' l-eko-tikketta Komunitarja lill-magni tat-tindif bil-vakwu (ĠU L 47, tal-21.2.2003, p. 56)."
Artikolu 2
Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tad-Direttiva 2003/121/KE fl-ilsien Islandiż u l-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajet Ewropej.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta' Settembru 2003, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-taqsima ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-Suppliment għaż-ŻEE tiegħu.
Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Settembru 2003.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
H. S. H. Prinz Nikolaus von Liechtenstein
[1] ĠU L 272, tat-23.10.2003, p. 29.
[2] ĠU L 47, tal-21.2.2003, p. 56.
[3] Ma huma indikati l-ebda ħtiġiet kostituzzjonali.
--------------------------------------------------
Top