Avviż Legali Importanti
Official Journal L 101 , 17/04/1986 P. 0040 - 0040
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0191
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0191
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
ta’ l-11 ta’ Marzu 1986
li temenda d- Deċisjoni 83/471/KEE dwar il-Kumitat ta’ Spezzjoni tal-Komunità dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskala ta’ klassifikazzjoni għal karkassi tal-ifrat adulti
(86/131/KEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1208/81 tat-28 ta’ April 1981 li jistabilixxi l-iskala Komunitarja għall-klassifika tal-karkassi tal-ifrat adulti [1], u b’ mod partikolari r-raba’ paragrafu ta’ l-Artikolu 5,
Billi Deċiżjoni tal-Kummissjoni 83/471/KEE [2], kif emendata mid-Deċisjoni 84/375/KEE [3], stipulat regoli li japplikaw għall-ispezzjonijiet fuq il-post immexxija mill-Kumitat ta’ Spezzjoni Komunitarju, kif speċifikat fl-Artikolu 5 tar- Regolament (KEE) Nru 1208/81;
Billi b’ risultat tat-tkabbir tal-Komunità minn naħa waħda u fid-dawl ta’ l-esperjenza minn naħa l-oħra, għandhom isiru tibdiliet f’dawn ir-regoli, b’mod partikolari fil-Komposizzjoni tal-Kumitat u fil-frekwenza ta’ l-ispezzjonijiet fuq il-post; billi d-Deċiżjoni Nru 83/471/KEE għandha għalhekk tiġi emendata;
Billi il-miżuri li jinsabu f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Laħam taċ- Ċanga u tal-Vitella.
ADOTTAT DIN ID-DEĊISJONI:
L-Artikolu 1
Id-Deċisjoni 83/471/KEE hija emendata kif ġej:
1. Il-kliem "u tax-xorta speċifika tax-xogħol li jrid jitwettaq" huma miżjuda mat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(1).
2. Fl-Artikolu 2(2):
(a) il-kliem "sitt membri" fl-ewwel sentenza huma mibdula b’"disa’ membri",
(b) il-kliem "żewġ esperti tal-Kummissjoni" fl-ewwel daħla huma mibdula bi"tlett esperti tal-Kummissjoni",
(ċ) ir- raba’ inċiż huwa mħassar,
(d) l-inċiż li ġej huwa miżjud:
"— tlett esperti minn Stat Membri oħra".
3. L- l-Artikolu 3(2) huwa mibdul b’dan li ġej:
"2. Spezzjonijiet fuq il-post għandhom isiru ta’ mill-inqas kull sentejn f’kull Stat Membru u jistgħu jiġu segwiti bi żjarat supplimentari jekk dan ikun meħtieġ. Id-daqs tal-Kumitat jista’ jitnaqqas għal żjarat bħal dawn.
Il-programm ta’ żjarat ta’ spezzjoni għandu jiġi mħejji mill-Kummissjoni wara li tikkonsulta lill-Istati Membri. Ir- rappresentanti ta’ l-Istat Membru fejn issir iż-żjara jistgħu jieħdu sehem fl-ispezzjonijiet."
4. Fl-Artikolu 3(4) il-kliem "mhux iktar tard minn tlett ġimgħat qabel kull żjara" huma mibdula b’"kemm jista’ jkun bil-quddiem qabel kull żjara".
L-Artikolu 2
Din id- deċisjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussel, fil-11 ta’ Marzu 1986.
Għall-Kummissjoni
Franza Andriessen
Viċi-President
[1] ĠU L 123, tas-7.5.1981, p. 3.
[2] ĠU L 259, ta’ l-20.9.1983, p. 30.
[3] ĠU L 196, tas-26.7.1984, p. 53.
--------------------------------------------------
Top