Avviż Legali Importanti
Official Journal L 282 , 03/10/1986 P. 0031 - 0032
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 22 P. 0009
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 22 P. 0009
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tad-19 ta’ Settembru 1986
li temenda d-Deċiżjoni 81/92/KEE fir-rigward tal-lista ta’ stabbilimenti fl-Urugwaj approvata għall-iskop ta’ importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità
(86/485/KEE)
IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar problemi ta’ saħħa u spezzjonijiet veterinarji rigward l-importazzjoni ta’ annimali bovini u ħnieżer u laħam frisk minn pajjiżi terzi [1] kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 3768/85 [2], u b’ mod partikolari l-Artikoli 4(1) u 18 (1) tiegħu,
Billi lista ta’ stabbilimenti fl-Urugwaj, approvata għall-iskop ta’ importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità, kienet imfassla fil-bidu b’Deċiżjoni tal-Kummissjoni li kienet emendata u pubblikata minn Deċiżjoni 81/92/KEE [3], kif emendata l-aħħar minn Deċiżjoni 86/147/KEE [4];
Premess li spezzjoni ta’ rutina taħt l-Artikolu 5 ta’ tad-Direttiva 72/462/KEE u l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 86/474/KEE tal-11 ta’ Settembru 1986 li tikkonċerna spezzjonijiet fuq il-post li għandhom isiru fir-rigward ta’ l-importazzjoni ta’ annimali bovini u ħnieżer u laħam frisk minn pajjiżi li mhumiex membri [5] stabbiliet li l-livell ta’ iġene fi stabbiliment wieħed inbidel mill-aħħar spezzjoni;
Billi l-lista ta’ stabbilimenti għandha għalhekk tiġi emendata;
Billi l-miżuri provduti għalihom f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
L-Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 81/92/KEE hu hawnhekk mibdul bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
L-Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Pajjiżi Membri.
Magħmula fi Brussel, fid-19 ta’ Settembru 1986.
Għall-Kummissjoni
Frans Andriessen
Vici President
[1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28.
[2] ĠU L 362, tal-31.12.1985, p. 8.
[3] ĠU L 58, tal-5.3.1981, p. 43.
[4] ĠU L 112, tad-29.4.1986, p. 41.
[5] ĠU L 279, tat-30.9.1986, p. 55.
--------------------------------------------------
L-ANNESS
LISTA TA’ STABBILIMENTI
Numru ta' approvazzjoni | Stabbiliment | Indirizz |
I.LAĦAM TAL-BOVINI
Biċċeriji u stabbilimenti ta' tqattigħ
2 | Frigorífico Colonia | Tarariras, Colonia |
3 | Frigorífico Carrasco | Paso Carrasco, Canelones |
8 | Frigorífico Canelones | Canelones, Canelones |
12 | Frigorífico Tacuarembo | Tacuarembo |
20 | Frigorífico Comargen | Las Piedras, Canelones |
55 | Frigorífico Elbio Pérez Rodríguez | San José |
106 | Frigorífico Inprogan | La Paz, Canelones |
344 | Frigorífico San Jacinto | San Jacinto, Canelones |
394 | Frigorífico Cybaran | Salto |
II.LAĦAM TAN-NAGĦAĠ
Biċċeriji u stabbilimenti ta' tqattigħ
8 | Frigorífico Canelones | Canelones, Canelones |
20 | Frigorífico Comargen | Las Piedras, Canelones |
106 | Frigorífico Inprogan | La Paz, Canelones |
344 | Frigorífico San Jacinto | San Jacinto, Canelones |
394 | Frigorífico Cybaran | Salto |
III.LAĦAM TAŻ-ŻIEMEL
Biċċeriji u stabbilimenti ta' tqattigħ
303 | Frigorífico Clay | Pando, Canelones |
IV.FRIŻI
10 | Frigorífico Modelo | Planta Propios, Montevideo |
77 | Sire, Peñarol | Montevideo |
87 | Frigorífico Santos Arbiza | Montevideo |
175 | Frigorífico Corfrisa | Las Piedras, Canelones |
903 | Frigorífico Acer | Montevideo |
--------------------------------------------------
Top