Avviż Legali Importanti
Official Journal L 233 , 20/08/1986 P. 0019 - 0021
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 21 P. 0252
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 21 P. 0252
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tad-29 ta’ Lulju 1986
li tippreskrivi l-kampjun u d-dettalji li għandhom jintwerew fiċ-ċertifikat tar-razza ta’ annimali ta’ razza pura ta’ l-ispeċi ta’ l-ifrat għat-tnissil
(86/404/KEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 77/504/KEE tal-25 ta’ Lulju 1977 dwar annimali ta’ razza pura ta’ l-ispeċi ta’ l-ifrat għat-tnissil [1], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KEE) Nru 3768/85 [2], u b’mod partkolari l-Artikolu 5 u l-Artikolu 6(1), il-ħames inċiż, tiegħu,
Billi skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 77/504/KEE huwa għall-Kummissjoni li tiddetermina, skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 8 ta’ dik id-Direttiva, il-kampjun ta’ ċertifikat li jista’ jakkompanja annimali ta’ razza pura ta’ l-ispeċi ta’ l-ifrat għat-tnissil meta jidħlu f’kummerċ intra-komunitarju;
Billi skond l-Artikolu 6(1), il-ħames inċiż, tad-Direttiva msemmija aktar ‘il fuq huwa għall-Kummissjoni li tiddetermina, skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 8 ta’ dik id-Direttiva, id-dettalji li għandhom jintwerew fiċ-ċertifikat tar-razza li jista’ jakkompanja annimali ta’ razza pura ta’ l-ispeċi ta’ l-ifrat għat-tnissil meta jidħlu f’kummerċ intra-komunitarju;
Billi ċ-ċertifikat stess jista’ jitwarrab sakemm id-dettalji msemmija f’din id-Deċiżjoni huma diġà inklużi fid-dokumentazzjoni ta’ referenza li tirreferi għall-annimali ta’ razza pura ta’ l-ispeċi ta’ l-ifrat għat-tnissil li jidħlu f’kummerċ intra-komunitarju;
Billi l-miżuri li tipprovdi għalihom din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Zootechnics,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
L-Artikolu 1
1. Id-dettalji li ġejjin għandhom jissemmew fiċ-ċertifikat tar-razza ta’ annimali ta’ razza pura ta’ l-ispeċi ta’ l-ifrat għat-tnissil:
- korp li joħroġ (iċ-ċertifikat),
- isem tal-ktieb tal-merħliet,
- numbru ta’ reġistrazzjoni fil-ktieb tal-merħliet,
- data tal-ħruġ,
- sistema ta’ identifikazzjoni,
- identifikazzjoni,
- data tat-twelid,
- nisel,
- sess,
- isem u indirizz ta’ min irabbi,
- isem u indirizz tal-possessur,
- razza
+++++ TIFF +++++
2. Ir-riżultati tat-testitijiet ta’ abiltà u r-riżultati b’oriġini ta’ stima tal-valur ġenetiku, fuq l-annimal innifsu u l-ġenituri u n-nanniet tiegħu, għandhom ikunu dikjarati b’mod ċar u jakkompanjaw jew ikunu inklużi fiċ-ċertifikat.
L-Artikolu 2
Id-dettalji li jipprovdi għalihom l-Artikolu 1 jistgħu jkunu indikati:
1. F’għamla ta’ ċertifikat tar-razza li jikkonforma mal-mudell fl-Anness;
2. F’dokumentazzjoni li takkompanja l-annimal ta’ razza pura għat-tnissil. Fil-każ li l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru esportatur għandhom jiċċertifikaw li d-dettalji espressi fl-Artikolu 1 għandhom jintwerew f’dawk id-dokumenti, bil-formula li ġejja:
"L-iffirmat hawn taħt jiċċertifika li dawn id-dokumenti fihom id-dettalji msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 86/404/KEE.".
L-Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussel, fid-29 ta’ Lulju 1986.
Għall-Kummissjoni
Frans Andriessen
Viċi-President
[1] ĠU L 206, tat-12.8.1977, p. 8.
[2] ĠU L 362, tal-31.12.1985, p. 8.
--------------------------------------------------
L-ANNESS
+++++ TIFF +++++
--------------------------------------------------
Top