Avviż Legali Importanti
Official Journal L 182 , 05/07/1986 P. 0025 - 0027
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 21 P. 0123
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 21 P. 0123
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tad-29 ta’ Mejju 1986
li temenda d-Deċiżjoni 83/218/KEE dwar il-lista ta’ stabbilimenti fir-Rumanija approvati għall-għanijiet ta’ l-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità
(86/289/EEC)
IL-KUMMISJONI TaL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar is-saħħa u l-problemi ta’ spezzjonijiet veterinarji meta ssir l-importazzjoni ta’ annimali bovini u majjali u laħam frisk minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 3768/85/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 4(1) u 18(1) tagħha,
Wara li kunsidrat Direttiva tal-Kunsill 77/96/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 dwar l-eżami għal trichinae (Trichinella Spiralis) ma’ l-importazzjoni minn pajjizi terzi ta’ laħam frisk [3] tal-majjal domestiku, kif l-aħħar emendata bir-Regolament (EEC) Nru 3768/85/KEE u b’mod partikolari l-Artikoli 4 tagħha,
Billi lista ta’ stabbilimenti fiir-Rumanija, approvata għall-għan ta’ l-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità, kienet fil-bidu mħejjija permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 83/218/KEE [4], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 85/512/KEE [5];
Billi spezzjoni ta’ rutina skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 72/462/KEE u l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 83/196/KEE tat-8 ta’ April 1983 fir-rigward ta’ verifiki fuq il-post li għandhom jitwettqu dwar l-importazzjoni ta’ annimali bovini, majjali u laħam frisk minn pajjiżi mhumiex membri [6] uriet li l-livell ta’ iġjene ta’ ċerti stabbilimenti inbidel mill-aħħar spezzjoni;
Billi din l-istess spezzjoni wriet li stabbiliment ieħor jikkonforma mal-kundizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2 tad-Direttiva 77/96/KEE; billi, għalhekk, dan l-stabbiliment jista’ jiġi awtorizzat li jwettaq l-eżami biex jirrintraċċja il-presenza ta’ trichinae f’laħam frisk tal-majjal;
Billi l-lista ta’ stabbilimenti għandha għalhekk tiġi emendata;
Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
L-Artikolu 1
L-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 83/218/KEE għandu jiġi mibdul bl-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni.
L-Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussel, fid-29 ta’ Mejju 1986.
Għall-Kummissjoni
Frans Andriessen
Viċi-President
[1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28.
[2] ĠU L 362, tal-31.12.1985, p. 8.
[3] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 67.
[4] ĠU L 121, tas-7.5.1983, p. 23.
[5] ĠU L 316, tas-27.11.1985, p. 48.
[6] ĠU L 108, tas-26.4.1983, p. 18.
--------------------------------------------------
L-ANNESS
LISTA TA’ STABBILIMENTI LI MINNHOM TISTA’ TIĠI AWTORIZZATA L-IMPORTAZZJONI TA’ LAĦAM FRISK MINGĦAJR LIMITU TA’ ŻMIEN
Nru ta' l-approvazzjoni | Stabbiliment | Indirizz |
I.LAĦAM BOVIN
ABiċċeriji u postijiet tat-tqattigħ
2 | Industria carnii Bacau | Bacau |
37 | Industria carnii Galati | Galati |
60 | Industria carnii Alexandria | Lixandra |
61 | Industria carnii Buzau | Buzau |
B.Postijiet tat-tqattigħ
A-15 | Interprinderea de preparate si conserva din carne | Bucuresti |
23 | Frigorifer Sibiu | Sibiu |
30 | Antrepozitul Frigorific Timisoara | Timisoara |
42 | Fabrica de conserve carne, semiconserve, Frigorifer Suceava | Suceava |
83 | Antrepozitul Frigorific Piatra Neamt | Piatra Neamt |
II.LAĦAM TAL-MAJJAL
A.Biċċeriji u postijiet tat-tqattigħ
1 T | Industria carnii Arad | Arad |
2 T | Industria carnii Bacau | Bacau |
8 T | Abatorul Iasi | Tomesti |
37 T | Industria carnii Galati | Galati |
60 T | Industria carnii Alexandria | Alexandria |
61 T | Industria carnii Buzau | Buzau |
B.Postijiet tat-tqattigħ
A-15 | Interprinderea de preparate si conserva din carne | Bucuresti |
23 | Frigorifer Sibiu | Sibiu |
30 | Antrepozitul Frigorific Timisoara | Timisoara |
42 | Fabrica de conserve carne, semiconserve, Frigorifer Suceava | Suceava |
83 | Antrepozitul Frigorific Piatra Neamt | Piatra Neamt |
III.LAĦAM TAŻ-ŻIEMEL
Biċċeriji u postijiet tat-tqattigħ
2 | Industria carnii Bacau | Bacau |
LISTA TA’ STABBILIMENTI MINFEJN LAĦAM FRISK JISTA’ JIDDAĦĦAL BISS FIT-TERRITORJU TAL-KOMUNITA SAD-DATA DIKJARATA
Nru ta' l-approvazzjoni | Stabbiliment | Indirizz |
I.LAĦAM BOVIN
Biċċeriji u postijiet tat-tqattigħ
11 | Industria carnii Turnu Severin | Turnu Severin |
II.LAĦAM TAL-MAJJAL
Biċċeriji u postijiet tat-tqattigħ
11 T | Industria carnii Turnu Severin | Turnu Severin |
--------------------------------------------------
Top