Avviż Legali Importanti
Official Journal L 328 , 22/11/1986 P. 0098 - 0098
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill
tal-15 Settembru 1986
dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera rigward l-agrikoltura u s-sajd
(86/559/KEE)
IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni,
Billi huwa neċessarju li jiġi approvat il-Ftehim fil-forma ta’ Bdil ta’ Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera rigward l-agrikoltura u s-sajd, biex titqies l-adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika tal-Portugall fil-Komunità,
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Il-ftehim fil-forma ta’ Bdil ta’ Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera rigward l-agrikoltura u s-sajd qiegħed b’hekk jiġi approvat għan-nom tal-Komunità.
It-testi tal-Bdil ta’ Ittri qed jinthemżu ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill qiegħed b’hekk jiġi awtorizzat biex jinnomina l-persuna li jkollha s-setgħa tiffirma l-Ftehim biex torbot lill-Komunità.
Magħmul fi Brussel, 15 Settembru 1986.
Għall-Kunsill
Il-President
G. Howe
--------------------------------------------------
Top