Avis juridique important
Official Journal L 200 , 23/07/1986 P. 0038 - 0038
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 21 P. 0158
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 21 P. 0158
ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI
ta' l-20 ta' Ġunju 1986
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE dwar it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa taċ-ċereali
(86/320/KEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa taċ-ċereali [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 86/155/KEE [2], u b'mod partikolari l-Artikoli 2 (1a) u 21a tagħha,
Billi, fid-dawl ta' l-iżvilupp tat-tagħrif xjentifiku u tekniku li jirrigwarda l-ibridi li jirriżultaw mit-tagħmir minn naħa għall-oħra ta' l-ispeċi koperti bid-Direttiva 66/402/KEE, l-ibridi li jirriżultaw mit-tagħmir minn naħa għall-oħra tas-Sorghumbicolor u s-Sorghumsudanense għandhom, minħabba iktar importanza fil-Komunità, jiġu inklużi fl-iskop ta' din id-Direttiva;
Billi, fid-dawl ta' l-iżvilupp fit-tagħrif xjentifiku u tekniku, l-Anness I mad-Direttiva msemmija għandu jiġi emendat sabiex jaddatta l-kondizzjonijiet li jridu jiġu sodisfatti mill-uċuh tar-raba' ta' l-ispeċi tas-Sorghum;
Billi l-miżuri pprovduti f'din id-Direttiva huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti taż-Żrieragħ u l-Materjal tal-Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Forestrija,
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 66/402/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:
1. Fl-Artikolu 2 (1) (A) jiġi miżjud dan li ġej:
'Din id-definizzjoni għandha tkopri wkoll lill-ibridi li ġejjin li jirriżultaw mit-tagħmir minn naħa għall-oħra ta' l-ispeċi msemmija hawn fuq.
L-ibridi tas-Sorghumbicolor (L.) MoenchX li jirriżultaw mit-tagħmir minn naħa għall-oħra tas-
Sorghumsudanense (Piper) Stapf. . is-Sorghum u l-ħaxix tas-Sudan
Għajr jekk ikun speċifikat xorta oħra, iż-żerriegħa ta' l-ibridi msemmija hawn fuq għandha tkun bla ħsara għall-istandards jew il-kondizzjonijiet l-oħra li japplikaw għaż-żerriegħa ta' kull speċi li minnhom ikunu dderivati.'
2. Fl-Anness I (3) (C) (b) il-kliem 'tal-varjetajiet ibridi ' irid jiddaħħal wara l-kliem 'iż-żerriegħa ċċertifikata'.
3. Fl-Anness I (3) (C) jiġi miżjud dan li ġej:
'(ċ) l-uċuh tar-raba' tal-varjetajiet imdakkra bil-pollen jew ta' varjetajiet sintetiċi tas-Sorghumspp. għandhom jikkonformaw ma' l-istandards li ġejjin: in-numru tal-pjanti ta' l-uċuh tar-raba' li jingħarfu bħala li ovvjament mhumiex veri għall-varjetà ma għandhomx jaqbżu:
- il-waħda għal kull 30 m2 tal-produzzjoni taż-żerriegħa bażika,
- il-waħda għal kull 10 m2 tal-produzzjoni taż-żerriegħa ċċertifikata'.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux iktar tard mill-1 ta' Lulju 1987. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih.
Artikolu 3
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussel, fil-20 ta' Ġunju 1986.
Għall-Kummissjoni
Frans ANDRIESSEN
Viċi-President
[1] ĠU Nru 125, 11.7.1966, p. 2308/66
[2] ĠU Nru L 118, 7.5.1986, p. 23
Top