Avviż Legali Importanti
Official Journal L 093 , 08/04/1986 P. 0021 - 0022
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0175
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0175
Id-Direttiva tal-Kummissjoni
tas-27 ta’ Frar 1986
li tillimita l-bejgħ taż-żerriegħa ta’ ċertu speċi ta’ magħlef u taż-żejt u tal-fibra għaż-żerriegħa li ġiet uffiċċjalment iċċertifikati bħala ż-"żerriegħa bażika’ jew" żerriegħa ċċertifikata’
(86/109/KEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il- Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta’ l-14 ta’Ġunju 1966 fuq il-bejgħ taż-żerriegħa tal-pjanta ta’ magħlef [1], kif l-aħħar emendati bid-Direttiva tal-Kummisjoni 85/38/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) tagħha,
Wara li kunsidrat id-Direttiva 69/208/KEE tal-Kunsill tat-30 ta’Ġunju 1969 fuq il-bejgħ taż-żerriegħa taż-żejt u tal-pjanti tal-fibre [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 82/859/KEE [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) tagħha,
Billi d-Direttiva 66/401/KEE tippermetti l-bejgħ taż-żerriefħa bażika, taż-żerriegħa ċċertifikata u taż-żerriegħa kummerċjali ta’ ċerti speċi ta’ pjanti ta’ magħlef;
Billi d-Direttiva 69/208/KEE tippremetti l-bejgħ taż-żerriegħa bażika, taż-żerriegħa ċċertifikata tat-tipi kollha u taż-żerriegħa kummerċjali ta’ ċertu speċi taż-żejt u pjanti tal-fibre;
Billi l-Artikolu 3(3) ta’ kull waħda mid-Direttivi msemmija qabel jawtorizza lill-Kummissjoi biex tipprojbixxi l-bejgħ taż-żerriegħa kemm-il darba ma tkunx ġiet iċċertifikata uffiċċjalment bħala ‘żerriegħa bażika’ jew ‘żerriegħa ċċertifikata’;
Billi ġie stabbilit, a bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli fil-pesent, li Stati Membri għandhom ikunu f’pożizzjoni li jipproduċu suffiċjentament żerriegħa bażika u żerriegħa ċertifikata biex jissodisfaw id-domanda tal-Komunità għaż-żerriegħa ta’ xi wħud mill-ispeċi rriferruti fuq biż-żerriegħa ta’ dawk il-kategoriji mill-1 ta’ Lulju 1987 fil-każ ta’ ċerti speċi, l-1 ta’ Lulju 1989 fil-każ ta’ ċerti speċi oħrajn u l-1 ta’ Lulju 1991 fil-każ ta’ ċerti speċi oħra;
Billi l-miżuri li hemm ipprovduti f’din id-Diretttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal Propaganti għall-Agrikultura, l-Ortikultura u l-Forestar,
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
L-Artikolu 1
1. L-Istati Membri għandhom jaraw li mill-1 ta’ Lulju 1987 ma jkunx permess li jitqiegħdu fis-suq iż-żerriegħa ta’:
—Vicia faba L. (partim) | —Favetta |
—Papaver somniferum L. | —Opium poppy |
kemm-il darba din ma tkunx ġiet iċċertifikata uffiċċjalment bħala ‘żerriegħa bażika’ jew ‘żerriegħa ċertifikata, ‘l-ewwel ġenerazzjoni’ jew ‘żerriegħa ċertifikata’, it-tieni ġenerazzjoni’.
2. L-Istati Membri għandhom jaraw li mill-1 ta’ Lulju 1987 ma jkunx permess li jitqiegħdu fis-suq iż-żerriegħa ta’:
—Glycine max (L.) Merr. | —Soya bean |
—Linum usitatissimum L. | —Kittien |
L-Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jaraw li mill-1 ta’ Lulju 1989 ma jkunx permess li jitqiegħdu fis-suq iż-żerriegħa ta’:
—Agrostis canina L. | —Velvet bent |
—Agrostis gigantea Roth | —Redtop |
—Agrostis stolonifera L. | —Creeping bent grass |
—Agrostis tenuis Sibth. | —Brown top |
—Alopecurus pratensis | —Meadow Foxtail |
—Arrhenatherum elatius (L.) Beauv. ex J. et K. Presl. | —Tall oatgrass |
—Phleum bertolinii DC | —Timothy |
—Poa nemoralis L. | —Wood meadowgrass |
—Poa palustris L. | —Swamp meadowgrass |
—Poa trivilialis L. | —Rough-stalked meadowgrass |
—Trisetum flavescens (L.) Beauv. | —Golden oatgrass |
—Lotus corniculatus L. | —Birdsfoot trefoil |
—Lupinus luteus L. | —yellow lupin |
—Lupinus angustifolius L. | —Blue lupin |
—Lupinus luteus L. | —Yellow lupin |
—Medicago lupulina L. | —Black medick |
—Trifolium hybridum L. | —Alsike clover |
—Brassica juncea L. Czern. et Coss. in Czern. | —Brown mustard |
kemm-il darba ma tkunx ġiet iċċertifikata uffiċjalment bħala ‘żerriegħa bażika’ jew ‘żerriegħa ċertifikata’.
L-Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jaraw li mill-1 ta’ Lulju 1991 ma għandux ikun permess li titqiegħed fis-suq iż-żerriegħa ta’:
—Festuca ovina L. | —Sheep's fescue |
—Trifolium incarnatum L. | —Crimson clover |
—Trifolium resupinatum L. | —Persian clover |
—Vicia sativa L. | —Common vetch |
—Vicia villosa Roth. | —Hairy vetch |
—Sinapis alba L. | —Ġarġir abjad |
kemm-il darba ma tkunx ġiet iċċertifikata uffiċjalment bħala ‘żerriegħa bażika’ jew ‘żerriegħa ċertifikata’.
L-Artikolu 4
L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ:
- mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 1987 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex iħarsu l-Artikolu 1,
- mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 1989 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex iħarsu l-Artikolu 2, u
- mhux iktar tard mill-1 ta’ Lulju 1991 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-diżposizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex iħarsu l-Artikolu 3,
Għandhom jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni fil-pront.
L-Artikolu 5
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmulha fi Brussel, fis-27 ta’ Frar 1986.
Għall-Kummissjoni
Frans Andriessen
Viċi-President
[1] ĠU C 125, tal-11.7.1966, p. 2298/66.
[2] ĠU L 16, tad-19.1.1985, p. 41.
[3] ĠU L 169, ta’ l-10.7.1969, p. 3.
[4] ĠU L 357, tat-18.12.1982, p. 31.
--------------------------------------------------
Top