Avviż Legali Importanti
Official Journal L 312 , 07/11/1986 P. 0039 - 0041
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 22 P. 0040
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 22 P. 0040
Id-Direttiva tal-Kummissjoni
tat-28 t'Ottubru 1986
li temenda l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE li jirrigwarda ċerti prodotti użati fl-alimentazzjoni ta' l-annimali
(86/530/KEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tat-30 ta' Ġunju 1982 li tirrigwarda ċertu prodotti użati fl-alimentazzjoni ta' l-annimali [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 85/509/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 6 tagħha,
Billi d-Direttiva 82/471/KEE tipprovdi għall-emendament regolari fil-kontenut ta' l-Anness tagħha bħala riżultat ta' l-iżviluppi fit-tagħrif xjentifiku u tekniku;
Billi l-istudju ta' tliet prodotti ġodda li jappartjenu għal gruppi ta' proteini, ta' komposti nitroġeni mhux proteiċi u ta' amino-aċidi wera li dawn il-prodotti jissodisfaw il-ħtiġiet tad-Direttiva 82/471/KEE; billi l-użu ta' dawn il-prodotti fl-alimentazzjoni ta' l-annimali għandu, għaldaqstant, ikun permess taħt ċertu kondizzjonijiet;
Billi l-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma konformi mal-parir tal-Kumitat Permanenti ta' l-Alimentazjoni ta' l-Annimali,
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness tad-Direttiva 82/471/KEE qed jiġi emendat kif muri fl-Anness ta' hawnhekk.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' l-Artikolu 1 mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 1988. Għandhom mill-ewwel jgħarrfu b'dan lill-Kummissjoni.
Artikolu 3
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Ottubru 1986.
Għall-Kummissjoni
Frans Andriessen
Viċi-President
[1] ĠU Nru L 213, tal-21. 7. 1982, pġ. 8.
[2] ĠU Nru L 314, tat-22. 11. 1985, pġ. 25.
--------------------------------------------------
ANNESS
1. Skond grupp 1.1 "Batter"', il-grupp tal-prodotti u l-prodotti li ġejjin
"'1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 |
Isem il-grupp tal-prodotti | Isem il-prodott | It-titolu tal- prinċipju nutrittiv jew identità tal-mikro-organi¿mu | Substrat ta'koltivazzjoni, (speċifikazzjonijiet, jekk hemm) | Karatteristiċi ta' komposizzjoni tal-prodotti | Speċi ta' l-annimal | Disposizzjonijiet speċjali |
1.1.1.Batteri kultivati fuq il-metanol | 1.1.1.1.Prodott proteiku ta' fermentazzjoni miġjub mill-koltivazzjoni ta' Methylophilus methylotrophus fuq metanol methanol | Methylophilus methylotrophus ĊIPP 10.515 | Metanol | —Proteina, mhix raffinata, 68 % min.—Indiċi ta' riflessjoni mill-inqas 50 | Ħnie¿erGħoġġielaTjurĦut | Dikjarazzjonijiet li għandhom isiru fuq it-tikketta jew l-ippakkjar tal-prodott: isem tal-prodott;proteina greġġ,irmied greġġ,xaħam greġġ,umdità,istruzzjonijiet għall-u¿u,Id-dikjarazzjoni tal-kliem 'Evita l-inalazzjoni'Dikjarazzjoni li għandha ssir fuq it-tikketta jew l-ippakkjar ta' alimenti komposti: l-ammont tal-prodott kontenut fl-alimenti'" |
2. Fil-grupp 2.2 "Mluħ ta' l-ammonju", ji¿died il-prodott li ġej:
"1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 |
Isem il-grupp tal-prodotti | Isem il-prodott | Titolu tal-prinċipju nutrittiv jew identità tal-mikro-organi¿mu | Substrat ta' koltivazzjoni (speċifikazzjonijiet, jekk hemm) | karatteristiċi ta' komposizzjoni tal-prodott | Speċi ta' l-annimali | Disposizzjonijiet speċjali |
| 2.2.2L-aċetat ta' l-ammonju f'soluzzjoni ta' l-ilma | CH3COONH4 | __ | Aċetat ta' l-ammonju min. 55 % | Ruminanti, mill-bidu tar-ruminazzjoni | Dikjarazzjonijiet li għandhom isiru fuq it-tikketta jew fuq l-ippakkjar tal-prodott: il-kliem: Aċetat ta' l-Ammonju,in-nitroġenu u l-kontenituri ta' l-umdità,Speċi jew kategoriji ta' l-annimali.Dikjarazzjonijiet li għandhom isiru fuq it-tikketta jew l-ippakkjar ta'l-alimenti komposti: il-kliem: L-aċetat ta' l-ammonju:l-ammont tal-prodott kontenut fl-alimentiperċentwali tal-proteina kollha greġġa provduta minn nitroġenu mhux proteiku,indikazzjoni fl-istruzzjonijiet għall-u¿u tal-livell tan-nitroġenu kollu mhux proteiku li ma għandux jinqabe¿ fir-razzjoni ta' kuljum ta' kull speċi jew kategorija.'" |
3. text missing
"1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 |
Isem il-grupp tal-prodotti | Isem il-prodott | Titolu tal-prinċipju nutrittiv jew identità tal-mikro-organi¿mu | Substrat ta' koltivazzjoni (speċifikazzjonijiet, jekk hemm) | karatteristiċi ta' komposizzjoni tal-prodotti | Speċi ta' l-annimal | Disposizzjonijiet speċjali |
| 3.9Metjionin-zingu, teknikament pur | [(CH3S(CH2)2-CH(NH2)-COO2]Zn | __ | DL-methionine: 60 %min. Zn: 18,5 % mass. | Ruminanti, mill-bidu tar-ruminazzjoni | Dikjarazzjonijiet tat-tikketta jew l-ippakkjar tal-prodott: il-kliem 'metjonin-¿ingu',il-kontenut ta' DL-methionine,il-kontenut ta' l-umdità,Speċi jew kategorija ta' l-annimali." |
--------------------------------------------------
Top