Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea
MT
Is-serje L
2026/128
20.1.2026
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/128
tal-15 ta’ Jannar 2026
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2663 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fil-Kroazja
(notifikata bid-dokument C(2026) 320)
(It-test bil-Kroat biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,
Billi:
(1)
L-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar hija marda infettiva li taffettwa lill-annimali kaprini u ovini u jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tal-biedja u tikkawża disturb fil-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi. F’każ ta’ tifqigħa tal-pesta tar-ruminanti żgħar fl-annimali kaprini jew ovini, hemm riskju serju li dik il-marda tinxtered fi stabbilimenti oħra tal-annimali kaprini jew ovini.
(2)
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta fil-każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż l-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar, u ċerti miżuri li għandhom jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta għandha tinkludi żona ta’ protezzjoni u żona ta’ sorveljanza.
(3)
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2663 (4) ġiet adottata abbażi tar-Regolament (UE) 2016/429 u tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fil-Kroazja b’reazzjoni għal tifqigħa kkonfermata fit-13 ta’ Diċembru 2025 fil-muniċipalità ta’ Prgomet, fil-kontea ta’ Splitsko-Dalmatinska. B’mod aktar speċifiku, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2663 tipprevedi li ż-żona ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza li għandha tiġi stabbilita minn dak l-Istat Membru, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 trid tinkludi mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. Tipprevedi wkoll li l-miżuri li jeħtieġ jiġu applikati f’dawk iż-żoni jridu jiġu applikati mqar sad-dati elenkati f’dak l-Anness.
(4)
Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2663, il-Kroazja nnotifikat lill-Kummissjoni tliet tifqigħat ġodda tal-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fi stabbilimenti li fihom jinżammu annimali ovini u kaprini. Dawn it-tifqigħat, li ġew irrapportati bejn l-20 ta’ Diċembru 2025 u l-5 ta’ Jannar 2026, jikkonċernaw il-kontej ta’ Splitsko-Dalmatinska u ta’ Zadarska.
(5)
Biex jiġi evitat kull tfixkil bla bżonn fil-kummerċ fl-Unjoni u biex tiġi evitata kull impożizzjoni ta’ ostakoli mhux ġustifikati għall-kummerċ min-naħa tal-pajjiżi terzi, jeħtieġ jiġu stabbiliti mingħajr dewmien fil-livell tal-Unjoni, b’kollaborazzjoni mal-Kroazja, iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti minn dak l-Istat Membru f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.
(6)
Għalhekk, iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għall-Kroazja fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2663, kif ukoll id-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom, jenħtieġ li jiġu emendati biex jitqiesu t-tifqigħat il-ġodda u l-konfini taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti mill-Kroazja wara t-tifqigħat il-ġodda tal-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fihom.
(7)
Id-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, u d-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom, huma bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 u fuq ir-regoli stabbiliti fl-Annessi X u XI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, inkluż is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fiż-żoni affettwati minn dik il-marda, u s-sitwazzjoni epidemjoloġika ġenerali tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fl-Istat Membru kkonċernat kif ukoll il-livell tar-riskju ta’ aktar tixrid ta’ dik il-marda f’dak l-Istat Membru u fl-Unjoni. Barra minn hekk, id-durata tal-miżuri previsti b’din id-Deċiżjoni ġiet determinata bi qbil mal-istandards internazzjonali stabbiliti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH, World Organisation for Animal Health) (5).
(8)
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar u l-ħtieġa li l-marda ma tinxteridx mill-istabbiliment affettwat fil-Kroazja lejn partijiet oħra ta’ dak l-Istat Membru jew lejn Stati Membri oħra, jixraq li l-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni japplikaw malajr kemm jista’ jkun.
(9)
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2663 huwa sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Kroazja.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Jannar 2026.
Għall-Kummissjoni
Olivér VÁRHELYI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2663 tat-23 ta’ Diċembru 2025 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fil-Kroazja (ĠU L, 2025/2663, 30.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/2663/oj).
(5) https://www.woah.org/en/what-we-do/standards/codes-and-manuals/.
ANNESS
“ANNESS
ŻONI STABBILITI FIL-LIVELL TAL-UNJONI BĦALA ŻONI RISTRETTI, LI JINKLUDU ŻONI TA’ PROTEZZJONI U TA’ SORVELJANZA FIL-KROAZJA
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa
Żona li tinkludi:
Data sa meta applikabbli
HR-PPR-2025-00001
HR-PPR-2025-00002
HR-PPR-2026-00001
Iż-żona ta’ protezzjoni tinkludi ż-żoni ta’:
Splitsko dalmatinska županija
—
općina Prgomet, naselja Bogdanovići i Trolokve
—
općina Lećevica, naselja Divojevići, Kladnjice, Lećevica i Radošić
27.1.2026
HR-PPR-2025-00001
HR-PPR-2025-00002
HR-PPR-2026-00001
Iż-żona ta’ sorveljanza tinkludi ż-żoni ta’:
(a)
Splitsko dalmatinska županija
—
Grad Kaštela, naselja Kaštel Gomilica, Kaštel Kambelovac, Kaštel Lukšić, Kaštel Novi, Kaštel Stari, Kaštel Sućurac i Kaštel Štafilić
—
općina Klis, naselja Brštanovo, Dugobabe, Konjsko, Korušce, Nisko, Prugovo, Veliki Bročanac i Vučevica
—
općina Marina, naselja Blizna Donja, Blizna Gornja, Dograde, Gustirna, Mitlo, Najevi, Poljica, Pozorac, Rastovac, Vinovac i Vrsine
—
općina Muć, naselja Bračević, Crivac, Donje Ogorje, Donje Postinje, Donji Muć, Gizdavac, Gornje Ogorje, Gornje Postinje, Gornji Muć, Mala Milešina, Pribude, Radunić, Ramljane i Velika Milešina
—
općina Okrug, naselja Okrug Gornji i Okrug Donji
—
općina Prgomet, naselja Labin, Prgomet i Sitno
—
općina Primorski Dolac, naselje Primorski Dolac
—
općina Seget, naselja Bristivica, Ljubitovica, Prapatnica, Seget Donji, Seget Gornji i Seget Vranjica
—
Grad Solin, naselja Blaca i Solin
—
Grad Split, naselje Slatine
—
Grad Trogir, naselja Arbanija, Divulje, Mastrinka, Plano, Trogir i Žedno
(b)
Šibensko kninska županija
—
Grad Drniš, naselja Kričke i Sedramić
—
općina Primošten, naselja Kruševo i Široke
—
općina Ružić, naselja Baljci, Čavoglave, Gradac, Kljake, Mirlović Polje, Moseć, Ružić i Umljanović
—
Grad Šibenik, naselja Boraja, Danilo, Danilo Kraljice, Lepenica, Mravnica, Perković, Podine, Sitno Donje, Slivno, Vrpolje i Vrsno
—
općina Unešić, naselja Cera, Čvrljevo, Donje Planjane, Donje Utore, Donje Vinovo, Gornje Planjane, Gornje Vinovo, Gornje Utore, Koprno, Ljubostinje, Mirlović Zagora, Nevest, Ostrogašica, Podumci, Unešić i Visoka
8.2.2026
HR-PPR-2025-00001
HR-PPR-2025-00002
HR-PPR-2026-00001
Iż-żona ta’ sorveljanza tinkludi ż-żoni ta’:
Splitsko dalmatinska županija
—
općina Prgomet, naselja Bogdanovići i Trolokve
—
općina Lećevica, naselja Divojevići, Kladnjice, Lećevica i Radošić
28.1.2026-8.2.2026
HR-PPR-2025-00003
Iż-żona ta’ protezzjoni tinkludi ż-żoni ta’:
Zadarska županija
—
općina Gračac, naselja Glogovo, Gubavčevo Polje, Kijani, Omsica, Velika Popina i Vučipolje
17.1.2026
HR-PPR-2025-00003
Iż-żona ta’ sorveljanza tinkludi ż-żoni ta’:
(a)
Ličko senjska županija
—
općina Donji Lapac, naselja Brezovac Dobroselski, Dobroselo, Doljani i Gornji Lapac
—
općina Lovinac, naselja Ričice, Smokrić i Štikada
—
općina Udbina, naselja Komić, Ondić, Poljice i Visuć
(b)
Zadarska županija
—
Općina Gračac, naselja Begluci, Brotnja, Bruvno, Cerovac, Dabašnica, Deringaj, Donja Suvaja, Drenovac Osredački, Duboki Dol, Dugopolje, Gornja Suvaja, Grab, Gračac, Kaldrma, Kom, Kunovac Kupirovački, Kupirovo, Mazin, Nadvrelo, Neteka, Osredci, Otrić, Prljevo, Rastičevo, Rudopolje Bruvanjsko, Srb, Tiškovac Lički, Tomingaj, Zaklopac, Zrmanja i Zrmanja Vrelo
—
Grad Obrovac, naselja Golubić, Krupa, Muškovci i Nadvoda
29.1.2026
HR-PPR-2025-00003
Iż-żona ta’ sorveljanza tinkludi ż-żoni ta’:
Zadarska županija
—
općina Gračac, naselja Glogovo, Gubavčevo Polje, Kijani, Omsica, Velika Popina i Vučipolje
18.1.2026-29.1.2026
”ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/128/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)
Top