Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea
MT
Is-serje L
2026/121
20.1.2026
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/121
tad-19 ta’ Jannar 2026
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2325 dwar il-format taċ-ċertifikat dwar l-inventarju tal-materjali perikolużi maħruġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1), it-tielet subparagrafu, tiegħu,
Billi:
(1)
Il-format taċ-ċertifikat tal-inventarju huwa stabbilit fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2325 (2). Dan ġie żviluppat biex ikun konsistenti mal-Appendiċi 3 tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Reċiklaġġ ta’ Bastimenti li jkun Sikur u li Jħares l-Ambjent adottata f’Hong Kong fil-15 ta’ Mejju 2009 (il-“Konvenzjoni ta’ Hong Kong”).
(2)
Wara d-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni ta’ Hong Kong fis-26 ta’ Ġunju 2025, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-format taċ-ċertifikat tal-inventarju maħruġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 ikun jista’ jintuża kemm skont il-Konvenzjoni ta’ Hong Kong kif ukoll skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 għaċ-ċertezza legali u s-simplifikazzjoni amministrattiva.
(3)
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-kumitat stabbilit bl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2325 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Jannar 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 330, 10.12.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1257/oj.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2325 tad-19 ta’ Diċembru 2016 dwar il-format taċ-ċertifikat dwar l-inventarju tal-materjali perikolużi maħruġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (ĠU L 345, 20.12.2016, p. 131, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/2325/oj).
ANNESS
“ANNESS
ĊERTIFIKAT INTERNAZZJONALI DWAR L-INVENTARJU TAL-MATERJALI PERIKOLUŻI
(Nota: Dan iċ-ċertifikat għandu jkun issupplimentat bil-Parti I tal-inventarju tal-materjali perikolużi)
(Siġill uffiċjali)
(Stat)
Maħruġ skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni Internazzjonali ta’ Hong Kong dwar ir-Reċiklaġġ ta’ Bastimenti li jkun Sikur u li Jħares l-Ambjent adottata f’Hong Kong fil-15 ta’ Mejju 2009 (il-“Konvenzjoni ta’ Hong Kong”) għal dawk l-Istati Membri li huma Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Hong Kong, u skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti taħt l-awtorità tal-Gvern ta’
…
(Isem l-Istat)
sa …
(Isem sħiħ tal-persuna jew tal-organizzazzjoni awtorizzata skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Hong Kong u skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013)
Dettalji tal-Bastiment
Isem il-Bastiment
Numru jew ittri distintivi
Port tar-Reġistru
Tunnellaġġ gross
Numru tal-OMI
L-isem u l-indirizz ta’ sid il-bastiment
Numru tal-identifikazzjoni tal-OMI tas-sid irreġistrat
Numru tal-identifikazzjoni tal-OMI tal-kumpanija
Data tal-Kostruzzjoni
Dettalji tal-Parti I tal-inventarju tal-materjali perikolużi
In-numru tal-identifikazzjoni/tal-verifika tal-Parti I tal-inventarju tal-materjali perikolużi: …
Nota: Il-Parti I tal-inventarju tal-materjali perikolużi, kif meħtieġ mir-Regolament 5 tal-Anness tal-Konvenzjoni ta’ Hong Kong u mill-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, hija parti essenzjali miċ-Ċertifikat Internazzjonali dwar l-Inventarju tal-Materjali Perikolużi u trid dejjem takkumpanja dak iċ-ċertifikat. Il-Parti I tal-inventarju tal-materjali perikolużi għandha tiġi kkompilata abbażi tal-format standard muri fil-linji gwida żviluppati mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, issupplimentati, meta applikabbli, mil-linji gwida dwar aspetti speċifiċi tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, bħas-sustanzi elenkati f’dak ir-Regolament iżda mhux fil-Konvenzjoni ta’ Hong Kong.
DAN JIĊĊERTIFIKA:
1.
li l-bastiment ġie mistħarreġ f’konformità mar-regolament 10 tal-Anness tal-Konvenzjoni ta’ Hong Kong, għal dawk l-Istati Membri li huma partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Hong Kong, u l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013; kif ukoll
2.
li l-istħarriġ juri li l-Parti I tal-inventarju tal-materjali perikolużi tikkonforma bis-sħiħ mar-rekwiżiti applikabbli tal-Konvenzjoni ta’ Hong Kong, għal dawk l-Istati Membri li huma partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Hong Kong, u r-Regolament (UE) Nru 1257/2013.
Id-data tat-tlestija tal-istħarriġ li fuqu huwa bbażat dan iċ-ċertifikat: … (jj/xx/ssss)
Dan iċ-ċertifikat huwa validu sa … (jj/xx/ssss)
Maħruġ fi …
(Post tal-ħruġ taċ-ċertifikat)
(jj/xx/ssss) .…
…
(Data tal-ħruġ)
(Firma tal-uffiċjal awtorizzat kif xieraq li qed joħroġ iċ-ċertifikat)
(Siġill jew timbru tal-awtorità, kif xieraq)
APPROVAZZJONI BIEX IĊ-ĊERTIFIKAT JIĠI ESTIŻ JEKK VALIDU GĦAL INQAS MINN 5 SNIN META JAPPLIKAW IR-REGOLAMENT 11.6 TAL-ANNESS TAL-KONVENZJONI TA’ HONG KONG U L-ARTIKOLU 9(5) TAR-REGOLAMENT (UE) NRU 1257/2013 (*1)
Il-bastiment jikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Konvenzjoni ta’ Hong Kong, għal dawk l-Istati Membri li huma partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Hong Kong, u tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, u dan iċ-ċertifikat għandu, f’konformità mar-regolament 11.6 tal-Anness tal-Konvenzjoni ta’ Hong Kong u mal-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, jiġi aċċettat bħala validu sa (jj/xx/ssss): …
Iffirmata: …
(Firma tal-uffiċjal awtorizzat kif xieraq)
Post: …
Data: (jj/xx/ssss) …
(Siġill jew timbru tal-awtorità, kif xieraq)
APPROVAZZJONI META L-ISTĦARRIĠ TA’ TIĠDID IKUN TLESTA U META JAPPLIKAW IR-REGOLAMENT 11.7 TAL-ANNESS TAL-KONVENZJONI TA’ HONG KONG U L-ARTIKOLU 9(4) TAR-REGOLAMENT (UE) NRU 1257/2013 *
Il-bastiment jikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Konvenzjoni ta’ Hong Kong, għal dawk l-Istati Membri li huma partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Hong Kong, u tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, u dan iċ-ċertifikat għandu, f’konformità mar-regolament 11.7 tal-Anness tal-Konvenzjoni ta’ Hong Kong u mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, jiġi aċċettat bħala validu sa (jj/xx/ssss): …
Iffirmata: …
(Firma tal-uffiċjal awtorizzat kif xieraq)
Post: …
Data:(jj/xx/ssss) …
(Siġill jew timbru tal-awtorità, kif xieraq)
APPROVAZZJONI BIEX TIĠI ESTIŻA L-VALIDITÀ TAĊ-ĊERTIFIKAT SAKEMM JASAL FIL-PORT TAL-ISTĦARRIĠ JEW GĦAL PERJODU TA’ KONĊESSJONI META JAPPLIKAW IR-REGOLAMENT 11.8 JEW 11.9 TAL-ANNESS TAL-KONVENZJONI TA’ HONG KONG U L-ARTIKOLU 9(7) JEW (8) TAR-REGOLAMENT (UE) NRU 1257/2013
Dan iċ-ċertifikat għandu, f’konformità mar-Regolament 11.8 jew 11.9 (*2) tal-Anness tal-Konvenzjoni ta’ Hong Kong, għal dawk l-Istati Membri li huma partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Hong Kong, u mal-Artikolu 9(7) jew (8) ** tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, jiġi aċċettat bħala validu sa (jj/xx/ssss): …
Iffirmata: …
(Firma tal-uffiċjal awtorizzat kif xieraq)
Post: …
Data: (jj/xx/ssss) …
(Siġill jew timbru tal-awtorità, kif xieraq)
APPROVAZZJONI GĦAL STĦARRIĠ ADDIZZJONALI META JAPPLIKAW IR-REGOLAMENT 10 TAL-ANNESS TAL-KONVENZJONI TA’ HONG KONG U L-ARTIKOLU 9(2) TAR-REGOLAMENT (UE) NRU 1257/2013 *
Fi stħarriġ addizzjonali f’konformità mar-regolament 10 tal-Anness tal-Konvenzjoni ta’ Hong Kong, għal dawk l-Istati Membri li huma partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Hong Kong, u mal-Artikolu 8(6) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, il-bastiment instab konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Konvenzjoni ta’ Hong Kong u tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013.
Iffirmata: …
(Firma tal-uffiċjal awtorizzat kif xieraq)
Post: …
Data: (jj/xx/ssss) …
(Siġill jew timbru tal-awtorità, kif xieraq)
”(*1) Din il-paġna tal-approvazzjoni fl-istħarriġ għandha tiġi riprodotta u miżjuda maċ-ċertifikat skont kif meħtieġ mill-Amministrazzjoni.
(*2) Ħassar kif meħtieġ.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/121/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)
Top