Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea
MT
Serje L
2024/850
11.3.2024
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/850
tas-7 ta’ Marzu 2024
li taħtar membru, propost mir-Renju tad-Danimarka, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/853 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Daniż,
Wara li kkonsulta lill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)
Skont l-Artikolu 300(2) tat-Trattat, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandu jikkonsisti minn rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, tal-impjegati, u ta’ partijiet oħra li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili, b’mod partikolari fl-oqsma soċjoekonomiċi, ċiviċi, professjonali u kulturali.
(2)
Fit-2 ta’ Ottubru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/1392 (2), li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025.
(3)
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sa Bente SORGENFREY, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.
(4)
Il-Gvern Daniż ippropona lis-Sa Kristina AALTONEN, EU-konsulent hos Danmarks Lærerforening (DLF) og leder af Danske Lærerorganisationer Internationals kontor (DLI), Fagbevægelsens Hovedorganisation (FH) (Konsulent tal-UE fil-Union Daniża tal-Għalliema (DLF) u kap tal-uffiċċju tat-Trade Unions tal-Għalliema Daniżi (DLI), Konfederazzjoni tat-Trade Unions Daniżi (FH)), bħala membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta’ Settembru 2025,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sa Kristina AALTONEN, EU-konsulent hos Danmarks Lærerforening (DLF) og leder af Danske Lærerorganisationer Internationals kontor (DLI), Fagbevægelsens Hovedorganisation (FH) (Konsulent tal-UE fil-Union Daniża tal-Għalliema (DLF) u kap tal-uffiċċju tat-Trade Unions tal-Għalliema Daniżi (DLI), Konfederazzjoni tat-Trade Unions Daniżi (FH)), hija b’dan maħtura membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta’ Settembru 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
D. CLARINVAL
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 15.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1392 tat-2 ta’ Ottubru 2020 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025, u li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025 adottata fit-18 ta’ Settembru 2020 (ĠU L 322, 5.10.2020, p. 1).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/850/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)
Top