Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea
MT
Is-serje L
2024/2772
29.10.2024
DEĊIŻJONI (UE) 2024/2772 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tad-9 ta’ Ottubru 2024
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Italja, lis-Slovenja, lill-Awstrija, lill-Greċja u lil Franza fir-rigward ta’ sitt diżastri naturali li seħħew fl-2023
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (IIA) (3), u b’mod partikolari l-punt 10 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)
Il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (“il-Fond”) għandu l-għan li jippermetti lill-Unjoni tirrispondi b’mod rapidu, effiċjenti u flessibbli għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza sabiex tintwera solidarjetà mal-popolazzjonijiet tar-reġjuni milquta minn diżastri naturali reġjonali jew minn emerġenza maġġuri tas-saħħa pubblika.
(2)
Il-Fond ma għandux jaqbeż il-limiti massimi kif stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093, kif emendat mir-Regolament (UE, Euratom) 2024/765 (4).
(3)
Fl-24 ta’ Lulju 2023, l-Italja ppreżentat applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-Fond, wara l-għargħar fl-Emilia-Romagna f’Mejju 2023.
(4)
Fl-20 ta’ Ottubru 2023, is-Slovenja ppreżentat applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-Fond wara l-għargħar f’Awwissu 2023.
(5)
Fid-19 ta’ Ottubru 2023, l-Awstrija ppreżentat applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-Fond, wara l-għargħar f’Awwissu 2023.
(6)
Fl-20 ta’ Novembru 2023, il-Greċja ppreżentat applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-Fond, wara l-għargħar f’Settembru 2023.
(7)
Fid-19 ta’ Jannar 2024, l-Italja ppreżentat applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-Fond, wara l-għargħar fit-Toskana f’Ottubru u Novembru 2023.
(8)
Fl-24 ta’ Jannar 2024, Franza ppreżentat applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-Fond, wara l-għargħar f’Novembru 2023.
(9)
L-applikazzjonijiet imsemmijin hawn fuq jissodisfaw ir-rekwiżiti sabiex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond, kif stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002.
(10)
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Fond jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja lill-Italja, lis-Slovenja, lill-Awstrija, lill-Greċja u lil Franza.
(11)
Sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun iż-żmien li jittieħed biex jiġi mobilizzat il-Fond, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha,
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jkun mobilizzat kif ġej f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament b’rabta mad-diżastri naturali:
(a)
l-ammont ta’ EUR 378 833 540 għandu jingħata lill-Italja fir-rigward tal-għargħar fir-Reġjun tal-Emilia-Romagna f’Mejju 2023;
(b)
l-ammont ta’ EUR 428 405 059 għandu jingħata lis-Slovenja fir-rigward tal-għargħar f’Awwissu 2023;
(c)
l-ammont ta’ EUR 5 199 245 għandu jingħata lill-Awstrija fir-rigward tal-għargħar f’Awwissu 2023;
(d)
l-ammont ta’ EUR 101 528 949 għandu jingħata lill-Greċja fir-rigward tal-għargħar ta’ Settembru 2023;
(e)
l-ammont ta’ EUR 67 811 826 għandu jingħata lill-Italja fir-rigward tal-għargħar fir-Reġjun tat-Toskana f’Ottubru u Novembru 2023;
(f)
l-ammont ta’ EUR 46 763 069 għandu jingħata lil Franza fir-rigward tal-għargħar tal-eks Reġjun ta’ Nord-Pas-de-Calais f’Novembru 2023.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mid-9 ta’ Ottubru 2024.
Magħmul fi Strasburgu, id-9 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
BÓKA J.
(1) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/2012/oj.
(2) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj.
(3) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj.
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765 tad-29 ta’ Frar 2024 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L, 2024/765, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/765/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2772/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)
Top