Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) ta’ l-1 ta’ Ottubru 2007 – US Steel Košice vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-489/04)
“Rikors għal annullament – Direttiva 2003/87/KE – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra – Pjan nazzjonali ta’ l-allokazzjonijiet ta’ kwoti ta’ emissjonijiet għas-Slovakkja għall-perijodu bejn l-2005 u l-2007 – Deċiżjoni li tindika n-nuqqas ta’ intenzjoni tal-Kummissjoni li tqajjem oġġezzjonijiet – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà”
1. Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Kunċett - Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti (Artikolu 230 KE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87, Artikolu 9(3) (ara l-punti 42, 49, 51)
2. Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment (Artikolu 230 KE) (ara l-punti 57, 66-67)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, ta’ l-20 ta’ Ottubru 2004 dwar il-pjan nazzjonali ta’ l-allokazzjonijiet ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra nnotifikat mir-Repubblika tas-Slovakkja għall-perijodu bejn l-2005 u l-2007, skont id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87/KE, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, p. 32).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
US Steel Košice s.r.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.
Top