Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Jannar 2008 – Il-Kummissjoni vs Lior et
(Kawża T-245/04)
“Klawżola ta’ arbitraġġ – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza – Rikors ippreżentat kontra grupp Ewropew ta’ interess ekonomiku u kontra l-membri tiegħu u l-ex membri tiegħu – Ġurisdizzjoni parzjali”
Proċedura – Talba lill-Qorti tal-Prim’Istanza abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ (Artikoli 238 KE u 240 KE) (ara l-punti 111 sa 113, 138 sa 140)
Suġġett
Rikors abbażi ta’ l-Artikolu 238 KE, intiż sabiex il-partijiet konvenuti jiġu kkundannati, in solidum, jirrifondu ħlas bil-quddiem li l-Kummissjoni għamlet b’eżekuzzjoni ta’ sitt kuntratti konklużi fil-kuntest tal-programm Thermie u ta’ kuntratt konkluż fil-kuntest tal-programm Altener II.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli safejn huwa dirett kontra Deira SA, Eutec Srl, Mindshare Bvba, Società politecnica italiana ricerche e progetti Srl, RPA SpA, Carmen eV, University College Dublin – Energy Research Group, Beneport SA, Europe Information Service SA, Managium Sprl u Aris Hellas EPE.
2)
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mar-rikors imressaq kontra Deira, Eutec, Mindshare, Società politecnica italiana ricerche e progetti, RPA, Carmen, University College Dublin – Energy Research Group, Beneport, Europe Information Service, Managium u Aris Hellas kif ukoll dawk ta’ Deira, Eutec, Mindshare, Società politecnica italiana ricerche e progetti, RPA, Carmen, University College Dublin – Energy Research Group, Beneport, Europe Information Service u ta’ Managium.
3)
Aris Hellas għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Top