Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Jannar 2008 – Efkon vs Il-Parlament u Il-Kunsill
(Kawża T-298/04)
“Rikors għal annullament – Direttiva 2004/52/KE – Interoperabbiltà ta’ sistemi elettroniċi dwar taxxi tat-toroq – Nuqqas ta’ interess individwali – Inammissibbiltà”
1. Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment (Ir-raba’ paragrafu ta’ l-Artikolu 230; Direttiva 2004/52 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) (ara l-punti 53-56, 61, 64-65, 68-70)
2. Komunitajiet Ewropej – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità ta’ l-atti ta’ l-istituzzjonijiet – Atti ta’ applikazzjoni ġenerali (Artikolu 10 KE, ir-raba’ paragrafu ta’ l-Artikolu 230 KE, Artikolu 234 KE u Artikolu 241 KE) (ara l-punt 72)
3. Rikors għal annullament – Ġurisdizzjoni tal-qorti Komunitarja (Artikolu 230 KE) (ara l-punt 73)
Suġġett
Talba għall-annullament sħiħ, jew sussidjarjament, parzjali, tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/52/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar l-interoperabilità ta’ sistemi elettroniċi dwar taxxi tat-toroq fil-Komunità (ĠU L 166, p. 124, rettifika fil-ĠU L 200, p. 50).
1)
Dispożittiv
2)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
3)
Efkon AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kunsill.
4)
Il-Parlament u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
Top