Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Jannar 2008 – CEF City Electrical Factors u CEF Holdings vs Nederlandse Federatieve Vereniging voor de Groothandel op Elektrotechnisch Gebied u Technische Unie
(Kawżi magħquda C‑105/04 P-DEP u C-113/04 P-DEP)
“Intaxxar ta’ l-ispejjeż”
1. Proċedura - Spejjeż - Intaxxar - Qorti kompetenti fil-każ ta’ appell (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 69(1); Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 87(1)) (ara l-punti 21-23)
2. Proċedura - Spejjeż - Intaxxar - Spejjeż li jistgħu jinġabru - Elementi li għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 73(b)) (ara l-punti 25, 39)
3. Proċedura - Spejjeż - Intaxxar - Spejjeż li jistgħu jinġabru - Intervenjent (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 73(b)) (ara l-punt 33)
4. Proċedura - Spejjeż - Intaxxar - Spejjeż li jistgħu jinġabru - Intervent ta’ diversi avukati (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 73(b)) (ara l-punti 41-42)
Suġġett
Rikors għall-intaxxar ta’ l-ispejjeż wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Settembru 2006.
Dispożittiv
L-ammont totali ta’ l-ispejjeż li Nederlandse Federatieve Vereniging voor de Groothandel op Elektrotechnisch Gebied u Technische Unie BV għandhom jirrimborżaw, kull waħda safejn hija kkonċernata, lil CEF City Electrical Factors BV u lil CEF Holdings Ltd huwa ffissat għas-somma ta’ EUR 15 000.
Top