Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-18 ta’ April 2008 – Maison de l’Europe Avignon Méditerranée vs Il-Kummissjoni
Kawża T-302/04)
“Klawżola ta’ arbitraġġ – Ħolqien ta’ info point Europe – Ftehim konkluż bejn il-Kummissjoni u r-rikorrenti – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza – Rikors manifestament infondat”
Proċedura – Kawża mressqa quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza fuq il-bażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ (ara l-punti 20, 26 sa 29)
Suġġett
Rikors ibbażat fuq klawżola ta’ arbitraġġ intiż sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas lir-rikorrenti s-somma totali ta’ EUR 394 066.76 minħabba l-allegat nuqqas tagħha milli twettaq l-obbligi kuntrattwali li jirriżultaw mill-ftehim dwar il-ħolqien ta’ info point Europe f’Avignon.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Maison de l’Europe Avignon Méditerranée hija kkundannata għall-ispejjeż.
Top