Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2010 – Sáez Sánchez u Rueda Vargas vs Junta de Andalucia et
(Kawża C-563/08)
“L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura – Artikolu 49 TFUE – Libertà ta’ stabbiliment – Saħħa pubblika – Spiżeriji – Prossimità – Provvista ta’ prodotti mediċinali lill-popolazzjoni – Awtorizzazzjoni għall-operat – Tqassim territorjali tal-ispiżeriji – Limiti stabbiliti abbażi ta’ kriterju ta’ densità demografika – Distanza minima bejn l-ispiżeriji”
Libertà ta’ stabbiliment - Restrizzjonijiet – Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi awtorizzazzjoni amministrattiva minn qabel għall-ftuħ ta’ spiżeriji ġodda f’reġjun partikolari (Artikolu 49 TFUE) (ara l-punti 14-34 u d-dispożittiv)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Juzgado de lo Contencioso-Administrativo nº 2 de Granada - Interpretazzjoni tal-Artikolu 43 KE - Leġiżlazzjoni li tipprevedi l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti għall-ftuħ ta’ spiżeriji ġodda - Limiti skont in-numru ta’ abitanti u l-ħtieġa li tinżamm distanza minima bejn l-ispiżeriji.
Dispożittiv
L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li bħala regola ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi limiti għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ stabbiliment ta’ spiżeriji ġodda, li tipprevedi li:
– f’kull żona farmaċewtika, bħala prinċipju, għal kull 2800 abitant, tista’ tinħoloq spiżerija waħda;
– spiżerija addizzjonali tista’ tinfetaħ biss jekk jinqabeż dan il-limitu, u għal kull frazzjoni ta’ iktar minn 2000 abitant, u
– kull spiżerija għandha tosserva distanza minima fir-rigward tal-ispiżeriji li jeżistu diġà, fejn din id-distanza bħala regola ġenerali hija ta’ 250 metru.
Madankollu, l-Artikolu 49 TFUE jipprekludi tali leġiżlazzjoni nazzjonali sa fejn ir-regoli bażiċi ta’ 2 800 abitant jew ta’ 250 metru jipprevjenu, f’kull żona ġeografika b’karatteristiċi demografiċi partikolari, il-ftuħ ta’ numru biżżejjed ta’ spiżeriji li jistgħu jiżguraw servizz farmaċewtiku adegwat, ħaġa li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika.
Top