Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Ottubru 2010 – Reinke vs AOK Berlin
(Kawża C‑336/08)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”
Domandi preliminari - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Artikolu 267 TFUE) (ara l-punti 15-17 u d-dispożittiv)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Landessozialgericht Berlin - Interpretazzjoni tal-Artikoli 18, 49 u 50 KE, kif ukoll tal-Artikolu 34(4) u (5) tar-Regolament tal‑Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal-21 ta’ Marzu 1972, li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 83) - Rimbors tal-ispejjeż mediċi marbuta ma’ trattament ta’ urġenza ta’ ċittadin ta’ Stat Membru fi sptar privat ta’ Stat Membru ieħor, li jirriżulta minn rifjut tal-isptar pubbliku kompetenti, minħabba kapaċitajiet insuffiċjenti, li jipprovdi l-imsemmi servizz - Leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru kompetenti li teskludi r‑rimbors tal-ispejjeż mediċi kkawżati minn trattament ta’ urġenza fi sptar privat fi Stat Membru ieħor, iżda li tippermetti r-rimbors tal-imsemmija spejjeż meta l‑fattura tinħareġ minn sptar privat li jinsab fit-territorju nazzjonali.
Dispożittiv
Ma hemmx lok li tingħata risposta għat-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landessozialgericht Berlin-Brandenburg (il-Ġermanja), b’deċiżjoni tas-27 ta’ Ġunju 2008.
Top