Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Settembru 2010 – Rajani vs UASI
(Kawża C-559/08 P)
“Appell – Trade mark Komunitarja – Trade mark verbali ATOZ – Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark internazzjonali verbali ARTOZ – Rifjut ta’ reġistrazzjoni”
1. Trade mark Komunitarja - Osservazzjonijiet minn terzi u oppożizzjoni - Eżami tal-oppożizzjoni - Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti - Bidu ta’ dekorrenza tat-terminu ta’ ħames snin - Data ta’ reġistrazzjoni tat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 43(2) u (3)) (ara l-punti 43, 44)
2. Appell - Aggravji - Motiv ippreżentat għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell - Inammissibbiltà (ara l-punti 66, 97)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) (It-Tmien Awla), tas-26 ta’ Novembru 2008, Rajani vs UASI - Artoz-Papier (ATOZ) (T‑100/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-applikant għat-trade mark verbali ATOZ, għal servizzi fil-klassijiet 35 u 41, kontra d-Deċiżjoni R 1126/2004-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-11 ta’ Jannar 2006, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark fil-kuntest tal-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade marks verbali internazzjonali “ARTOZ”, għal servizzi fil-klassijiet 35 u 41.
Dispożitiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
D. Rajani huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Top