7.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/34
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-3 ta' Novembru 2008 — Pelle u Konrad vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-8/95 u T-9/95) (1)
(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Ħalib - Imposta addizzjonali - Kwantità ta' referenza - Regolament (KE) Nru 2187/93 - Kumpens tal-produtturi - Sentenza interlokutorja - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni’)
(2009/C 32/64)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Wilhelm Pelle (Kluse-Ahlen, il-Ġermanja); u Ernst-Reinhard Konrad (Löllbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Meisterernst, M. Düsing, D. Manstetten, F. Schulze u W. Haneklaus, avukati)
Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjomi Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn A. Brautigam u A.-M. Colaert, sussegwentement minn A.-M. Colaert, aġenti); u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment minn D. Booß u M. Niejahr, sussegwentement minn M. Niejahr u T. van Rijn, aġenti, assistiti inizjalment minn H.-J. Rabe u G. Berrisch, sussegwentement minn H.-J. Rabe u M. Núñez-Müller, avukati)
Suġġett
Talbiet għal kumpens skont l-Artikolu 178 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 235 KE) u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 215 tat-Trattat KE (li sar it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) tad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti b'riżultat tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 857/84, tal-31 ta' Marzu 1984, li jadotta regoli ġenerali għall-applikazzjoni tal-imposta msemmija fl-Artikolu 5c tar-Regolament Nru 804/68 fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ĠU L 90, p. 13), kif ikkompletat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1371/84, tas-16 ta' Mejju 1984, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-imposta addizzjonali msemmija fl-Artikolu 5c tar-Regolament Nru 804/68 (ĠU L 132, p. 11).
Dispożittiv
1)
M'hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq dawn ir-rikorsi.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 74, 25.3.1995.
Full & Egal Universal Law Academy