Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Mejju 2010 – Petrides vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-64/98 P-REV)
“Talba għal reviżjoni – Sistema lingwistika tal-Qorti tal-Ġustizzja – Inammissibbiltà manifesta”
1. Proċedura - Reviżjoni ta’ sentenza - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà tat-talba - Fatt ġdid - Kunċett (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 44) (ara l-punt 12)
2. Proċedura - Sistema lingwistika - Għażla tal-lingwa tal-kawża - Obbligu li tiġi osservata din l-għażla fil-każ ta’ appell u ta’ talba għal reviżjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 29(3) u 100(3)) (ara l-punti 13-15)
Suġġett
Talba għal reviżjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla), tad-9 ta’ Settembru 1999, fil-Kawża C‑64/98 P li permezz tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla), tas-17 ta’ Diċembru 1997, fil-Kawża T‑152/95 - Sistema lingwistika tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Dispożittiv
1)
It-talba għal reviżjoni hija miċħuda.
2)
Odette Nicos Petrides Co. Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy