7.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/24
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Diċembru 2008 — Nardone vs il-Kummissjoni
(Kawża T-57/99) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rikors għad-danni - Mard fuq il-post tax-xogħol - Espożizzjoni għall-asbestos u għal sustanzi oħra’)
(2009/C 32/43)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Albert Nardone (Piétrain, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment G. Vandersanden u L. Levi, u sussegwentement L. Levi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitjaiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall, aġent, assistit minn J.L. Fagnart, avukat)
Suġġett
Talba għal kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrent minħabba l-aġir illegali adottat mill-Kummissjoni meta esponiet lir-rikorrent għal atmosfera ta' trab u kkontaminata bl-asbestos.
Dispożittiv
1)
Il-Kummissjoni hija kkundannata tħallas lil Albert Nardone kumpens ta' EUR 66 000.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 160, 5.6.1999.
Full & Egal Universal Law Academy