Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007 – Tirrenia di Navigazione et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-246/99)
“Għajnuna mill-Istat – Trasport marittimu – Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE – Għajnuna ġdida – Għajnuna eżistenti”
1. Rikors għal annullament – Suġġett (l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 88(2) u (3) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 7(2) sa (5) u (14); Deċizjonijiet tal-Kummissjoni 2001/851 u 2005/163) (ara l-punti 43-45)
2. Proċedura – Preżentazzjoni ta’ motivi ġodda matul il-proċeduri (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 48(2)) (ara l-punti 56, 58-59)
3. Proċedura – Obbligu tal-Qorti li tillimita ruħha għall-kuntest tal-kawża ddefinit mill-partijiet (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 48(2)) (ara l-punti 102-103, 107)
4. Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni tal-Kummissjoni – Evalwazzjoni tal-legalità skond l-elementi ta’ informazzjoni disponibbli fil-mument ta’ l-adozzjoni tad-deċiżjoni (ara l-punt 108)
5. Rikors għal annullament – Rikors ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza mill-benefiċjarju ta’ għajnuna mill-Istat kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni – Obbligu tal-Qorti tal-Prim’Istanza, wara sospensjoni tal-proċeduri, li żżomm ma’ l-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f’sentenza mogħtija minnha fil-frattemp (Regolament tal-Kunsill Nru 3577/92, Artikolu 4(3)) (ara l-punti 162-165)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Awwissu 1999 li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE dwar għajnuna mogħtija mir-Repubblika Taljana lill-impriżi tal-Gruppo Tirrenia di Navigazione (ĠU 1999, C 306, p. 2).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-rikorrenti huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni u mill-intervenjenti Navigazione Libera del Golfo SpA, Linee Lauro Srl, Traghetti Pozzuoli Srl u Alilauro SpA..
3)
L-intervenjenti Aliscafi Società Navigazione Alta Velocità (Aliscafi SNAV) SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy