2.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2013 — Salzgitter vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-308/00 RENV) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Industrija tal-azzar u tal-ħadid - Inċentivi fiskali intiżi sabiex jikkontribwixxu għall-iżvilupp taż-żona tul il-fruntiera mal-ex Repubblika Demokratika tal-Ġermanja u mal-ex Repubblika Ċekoslovakka - Għajnuna mhux innotifikata - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Irkupru - Dewmien - Ċertezza legali - Kalkolu tal-għajnuna li għandha tiġi rrimborsata - Għajnuna li taqa’ taħt it-Trattat KEFA - Investimenti intiżi għall-protezzjoni tal-ambjent - Rata ta’ tnaqqis)
2013/C 63/32
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Salzgitter AG (Salzgitter, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Sedemund u T. Lübbig, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment V. Kreuschitz u M. Niejahr, sussegwentement V. Kreuschitz u T. Maxian Rusche, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u A. Wiedmann, aġenti, assistiti minn U. Karpenstein, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/797/KEFA, tat-28 ta’ Ġunju 2000, dwar l-għajnuna mill-Istat implementata mill-Ġermanja favur Salzgitter AG, Preussag Stahl AG u s-sussidjarji tal-grupp li joperaw fl-industrija tal-azzar u tal-ħadid, illum il-ġurnata miġbura flimkien taħt l-isem Salzgitter AG — Stahl und Technologie (SAG), (ĠU L 323, p. 5).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Salzgitter AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, kemm quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.
(3)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kemm quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.
(1) ĠU C 335, 25.11.2000.
Full & Egal Universal Law Academy