15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/52
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Lulju 2008 — Fondazione Opera S. Maria della Carità et vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-234/00 R, T-235/00 R u T-283/00 R)
(Miżuri provviżorji - Talba għas-sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni - Ammissibbiltà)
(2008/C 209/92)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Fondazione Opera S. Maria della Carità (Venezja, l-Italja); Codess Sociale Cooperativa sociale Soc. Coop. rl et (Venezja, l-Italja) (rappreżentanti: F.G. Gaiulli u I. Gianniotti, avvocati); u Metropolitan Srl e Comitato Venezia Vuole Vivere (Venezja, l-Italja) (rappreżentanti: A. Bianchini, avvocato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Righini u V. Di Bucci, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2000/394/KE, tal-25 ta' Novembru 1999, dwar miżuri ta' għajnuna favur intrapriżi stabbiliti fit-territorju ta' Venezja u Chioggia stipulati bil-liġijiet Nru 30/1997 u Nru 206/1995, li jistabbilixxu tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (ĠU L 150, p. 50).
Dispożittiv
1)
Il-kawżi T-234/00 R, T-235/00 R u T-283/00 R, filwaqt li jibqgħu magħquda bejniethom, huma separati minn kawżi oħra msemmija fid-digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Lulju 2008.
2)
It-talbiet għal miżuri provviżorji huma miċħuda.
3)
L-ispejjeż jibqgħu riżervati.
Full & Egal Universal Law Academy