9.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 71/19
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2013 — La Vigile San Marco vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-262/00) (1)
(Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Tnaqqis ta’ kontribuzzjonjiet soċjali favur impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li timponi l-irkupru tal-għajnuna mħallsa - Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)
2013/C 71/29
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: La Vigile San Marco SpA (Venezja, l-Italja) (rappreżentant: A. Vianello, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, aġent, assistit minn A. Dal Ferro, avukat)
Parti intervenjenti insostenn tal-parti rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: inizjalment U. Leanza, sussegwentement minn I. Braguglia, sussegwentement minn R. Adam, u finalment minn I. Bruni, aġenti, assistit minn G. Aiello u P. Gentili, avvocati dello Stato)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/394, tal-25 ta’ Novembru 1999, dwar il-miżuri ta’ għajnuna favur impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia, previsti mil-Liġijiet Nru 30/1997 u Nru 206/1995 li jistabbilixxu tnaqqis ta’ kontribuzzjonijiet soċjali (ĠU 2000, L 150, p. 50).
Dispożittiv
(1)
L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni Ewropea hija magħquda mal-mertu.
(2)
Ir-rikors huwa miċħud bħala li huwa, parzjalment, manifestament inammissibbli u, parzjalment, manifestament infondat fid-dritt.
(3)
La Vigile San Marco għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk tal-Kummissjoni.
(4)
Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 355, 9.12.2000.
Full & Egal Universal Law Academy