9.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 71/19
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2013 — La Navale vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-263/00) (1)
(Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Tnaqqis ta’ piżijiet soċjali favur impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li timponi l-irkupru tal-għajnuna mħallsa - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)
2013/C 71/30
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: La Navale Soc. coop. rl (Venezia, l-Italja) (rappreżentant: A. Vianello, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, aġent, assistit minn A. Dal Ferro, avukat)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: inizjalment U. Leanza, sussegwentement I. Braguglia, u imbagħad R. Adam, u finalment I. Bruni, aġenti, assistiti minn G. Aiello u P. Gentili, avvocati dello Stato)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/394/KE, tal-25 ta’ Novembru 1999, li tikkonċerna l-miżuri ta’ għajnuna favur impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia, previsti mil-liġijiet Nru 30/1997 u Nru 206/1995 li jistabbilixxu tnaqqis ta’ piżijiet soċjali (ĠU 2000, L 150, p. 50).
Dispożittiv
(1)
L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà invokata mill-Kummissjoni Ewropea għandha tiġi trattata mal-mertu.
(2)
Ir-rikors huwa miċħud, parzjalment, bħala manifestament inammissibbli u parzjalment, bħala manifestament infondat fid-dritt.
(3)
La Navale Soc. coop. rl għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni.
(4)
Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 355, 09.12.2000.
Full & Egal Universal Law Academy