23.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 86/15
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2013 — Barbini et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-272/00) (1)
(Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet soċjali favur impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li timponi l-irkupru tal-għajnuna mħallsa - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)
2013/C 86/24
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Alfredo Barbini Srl (Murano, l-Italja); Aureliano Toso Srl (Murano); AVMazzega Srl (Murano); Barovier & Toso vetrerie artistiche riunite Srl (Murano); Carlo Moretti Srl (Murano); Effetre SpA (Resana, l-Italja); Ferro & Lazzarini Srl (Murano); Formia Srl (Murano); Gino Cenedese & Figlio (Murano); La Murrina (Murano); Mazzuccato International Srl (Murano); Nason & Moretti Srl (Murano); Tfz Internazionale Srl (Murano); V. Nason & C. Srl (Murano); Venini SpA (Murano); Vetreria de Majo Srl (Murano); u Vetreria LAG Srl (Murano) (rappreżentanti: A. Vianello, M. Merola u A. Sodano, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, aġent, assistit minn A. Dal Ferro, avukat)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: inizjalment U. Leanza, sussegwentement I. Braguglia, sussegwentement R. Adam u fl-aħħar nett I. Bruni, aġenti, assistiti minn G. Aiello u P. Gentili, avvocati dello Stato)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/394/KE, tal-25 ta’ Novembru 1999, dwar il-miżuri ta’ għajnuna favur impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia, previsti mil-Liġijiet Nru 30/1997 u Nru 206/1995 li jistabbilixxu tnaqqis ta’ kontribuzzjonijiet soċjali (ĠU 2000, L 150, p. 50).
Dispożittiv
(1)
L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni Ewropea hija magħquda mal-mertu.
(2)
Ir-rikors huwa miċħud bħala li huwa parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt.
(3)
Alfredo Barbini Srl, Aureliano Toso Srl, AVMazzega Srl, Barovier & Toso vetrerie artistiche riunite Srl, Carlo Moretti Srl, Effetre SpA, Ferro & Lazzarini Srl, Formia Srl, Gino Cenedese & Figlio, La Murrina, Mazzuccato International Srl, Nason & Moretti Srl, Tfz Internazionale Srl, V. Nason & C. Srl, Venini SpA, Vetreria de Majo Srl u Vetreria LAG Srl għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk tal-Kummissjoni.
(4)
Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 355, 09.12.2000.
Full & Egal Universal Law Academy