Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Lulju 2008 – Fondazione Opera S. Maria della Carità et vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-234/00 R, T-235/00 R u T-283/00 R)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Ammissibbiltà”
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Rikors - Rekwiżiti proċedurali (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 16-24)
2. Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 25-27)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2000/394/KE, tal-25 ta’ Novembru 1999, dwar miżuri ta’ għajnuna favur intrapriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezja u Chioggia stipulati bil-liġijiet Nru 30/1997 u Nru 206/1995, li jistabbilixxu tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (ĠU L 150, p. 50).
Dispożittiv
1)
Il-kawżi T-234/00 R, T-235/00 R u T-283/00 R, filwaqt li jibqgħu magħquda bejniethom, huma sseparati mill-kawżi l-oħra msemmija fid-digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-2 ta’ Lulju 2008.
2)
It-talbiet għal miżuri provviżorji huma miċħuda.
3)
L-ispejjeż jibqgħu rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy