13.2.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 37/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2009 — Solvay vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-58/01) (1)
(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tas-sodju fil-Komunità - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 82 KE - Ftehim li jiggarantixxi lil impriża ammont minimu ta’ bejgħ fi Stat Membru u x-xiri ta’ kwantitajiet neċessarji sabiex jintlaħaq dan l-ammont minimu - Preskrizzjoni tas-setgħa tal-Kummissjoni li timponi multi jew sanzjonijiet - Terminu raġonevoli - Forom proċedurali sostanzjali - Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri - Dritt ta’ aċċess għal dokumenti - Multa - Gravità u tul tal-ksur - Ċirkustanzi aggravanti u attenwanti”)
2010/C 37/39
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Solvay SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L.Simont, P. A. Foriers, G. Block, F. Louis u A. Vallery, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u J. Currall, aġenti, assistiti minn N. Coutrelis, avukat)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/5/KE, tat-13 ta’ Diċembru 2000, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/33.133 — B: Karbonat tas-sodju — Solvay, CFK) (ĠU 2003, L 10, p. 1), u, sussidjarjament, talba għall-annullament jew tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/5/KE, tat-13 ta’ Diċembru 2000, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/33.133 — B: Karbonat tas-sodju — Solvay, CFK), huwa annullat sa fejn jiddikjara li Solvay SA kisret id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 81 KE fl-1990.
(2)
L-ammont tal-multa imposta fuq Solvay hija stabbilita għal EUR 2.25 miljun.
(3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(4)
Ir-rikorrenti tbati tliet kwarti mill-ispejjeż tagħha u tliet kwarti mill-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.
(5)
Il-Kummissjoni tbati kwart mill-ispejjeż tagħha u kwart mill-ispejjeż tar-rikorrenti.
(1) ĠU C 161, 2.6.2001.
Full & Egal Universal Law Academy