1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/37
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-11 ta’ Gunju 2009 — Othman vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni
(Kawża T-318/01) (1)
(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban - Iffriżar ta’ fondi - Rikors għal annullament - Adattament tat-talbiet - Drittijiet fundamentali - Dritt għar-rispett tal-proprjetà, dritt għal smigħ u dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv”)
2009/C 180/66
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Omar Mohammed Othman (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment J. Walsh, barrister, F. Lindsley u S. Woodhouse, solicitors, sussegwentement S. Cox, barrister, u H. Miller, solicitor)
Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Vitsentzatos u M. Bishop, sussegwentement M. Bishop u E. Finnegan, aġenti); u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentati: inizjalment A. van Solinge u C. Brown, sussegwentement E. Paasivirta u P. Aalto, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-parti konvenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, (rappreżentati: inizjalment J. Collins, sussegwentement C. Gibbs, sussegwentement E. O’Neill, u fl-aħħar I. Rao, aġenti, assistiti inizjalment minn S. Moore, sussegwentement minn M. Hoskins, barristers)
Suġġett
Inizjalment, talba għall-annullament, minn naħa, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001, tas-6 ta’ Marzu 2001, li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerta merkanzija u ta’ ċerti servizzi lejn l-Afganistan, isaħħaħ il-projbizzjoni tat-titjiriet u jestendi l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi finanzjarji oħra deċiżi fil-konfront tat-Taliban tal-Afganistan, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 337/2000 (ĠU L 67, p. 1), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2062/2001, tad-19 ta’ Ottubru 2001, li jemenda, għat-tielet darba, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 (ĠU L 277, p. 25), sussegwentement, talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 (ĠU L 139, p. 9), sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrent.
Dispożittiv
1)
M’hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001, tas-6 ta’ Marzu 2001, li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerta merkanzija u ta’ ċerti servizzi lejn l-Afganistan, isaħħaħ il-projbizzjoni tat-titjiriet u jestendi l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi finanzjarji oħra deċiżi fil-konfront tat-Taliban tal-Afganistan, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 337/2000, u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2062/2001, tad-19 ta’ Ottubru 2001, li jemenda, għat-tielet darba, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001.
2)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002, tas-27 ta’ Mejju 2002, li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament Nru 467/2001, huwa annullat sa fejn dan jikkonċerna lill-Omar Mohammed Othman.
3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż sostnuti minn O. Othman, kif ukoll is-somom imħallsa mill-kaxxier tal-Qorti tal-Prim’Istanza bħala għajnuna legali.
4)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 68, 16.3.2002.
Full & Egal Universal Law Academy