7.6.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 142/23
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-3 ta' April 2008 — PKK vs Il-Kunsill
(Kawża T-229/02) (1)
(“Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri ristrettivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu - Iffiżar tal-fondi - Rikors għal annullament - Motivazzjoni’)
(2008/C 142/40)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Osman Ocalan, f'isem il-Kurdistan Workers' Party (PKK) (rappreżentanti: M. Muller, QC, E. Grieves u P. Moser, barristers, u J.G. Pierce, solicitor)
Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: l-ewwel M. Vitsentzatos u M. Bishop, u sussegwentement M. Bishop u E. Finnegan, aġenti)
Partijiet intervenjenti in sostenn tal-konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: l-ewwel R. Caudwell, u sussegwentement E. Jenkinson, aġenti, assistiti minn S. Lee, barrister); u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew (rappreżentanti: P. Kuijper u C. Brown, u sussegwentement P. Hetsch u P. Aalto, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/460/KE, tas-17 ta' Ġunju 2002, li timplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tħassar id-Deċiżjoni 2002/334/KE (ĠU L 160, p. 26) u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens għad-danni.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/460/KE, tas-17 ta' Ġunju 2002, li timpeimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tħassar id-Deċiżjoni 2002/334/KE hija annullata safejn din tirrigwarda l-Kurdistan Workers' Party (PKK).
2)
Il-Kunsill huwa kkundannat ibati, barra l-ispejjeż tiegħu stess, l-ispejjeż sostnuti minn Osman Ocalan, f'isem il-Kurdistan Workers' Party (PKK) quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza u l-Qorti tal-Ġustizzja.
3)
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandhom ibatu kull wieħed minnhom l-ispejjeż tagħhom stess.
(1) ĠU C 233, 28.9.2002.
Full & Egal Universal Law Academy