22.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2011 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-236/02) (1)
(Rinviju quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wara annullament - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Impjieg f’pajjiż terz - Assenjazzjoni mill-ġdid tal-impjieg u tal-persuna li kienet tokkupah - Drittijiet tad-difiża - Rikors għad-danni - Ġurisdizzjoni sħiħa)
2011/C 311/51
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: L. Garofalo, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-18 ta’ Marzu 2002 li assenjat mill-ġdid lir-rikorrent mid-Direttorat Ġenerali “Żvilupp”, delegazzjoni tal-Kummissjoni f’Luanda (l-Angola), lejn is-sede tal-imsemmi Direttorat Ġenerali fi Brussell (il-Belġju), ta’ kull att preliminari, konness u/jew li ġie wara, b’mod partikolari dawk li jirrigwardaw l-eventwali ħatra ta’ uffiċjal ieħor sabiex jokkupa l-pożizzjoni tiegħu, kif ukoll tan-noti tal-Kummissjoni tat-13 u tal-14 ta’ Novembru 2001 u tal-opinjoni jew opinjonijiet tal-Kumitat tad-Direttorat tas-Servizzi Esterni u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni konnessa mal-funzjonijiet tiegħu fl-Angola, kif ukoll kumpens għad-dannu subit.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-18 ta’ Marzu 2002 li assenjat mill-ġdid lir-rikorrent mid-Direttorat Ġenerali “Żvilupp”, delegazzjoni tal-Kummissjoni f’Luanda (l-Angola), lejn is-sede tal-imsemmi Direttorat Ġenerali fi Brussell (il-Belġju) huja annullata.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn L. Marcuccio.
(1) ĠU C 233, 28.09.2002.
Full & Egal Universal Law Academy