1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/37
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-11 ta’ Gunju 2009 — Confservizi vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-292/02) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Taljani lil ċerti impriżi tas-servizz pubbliku fil-forma ta’ eżenzjonijiet fiskali u self b’rata preferenzjali - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Rikors għal annullament - Assoċjazzjoni ta’ impriżi - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà”)
2009/C 180/67
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Confederazione Nazionale dei Servizi (Confservizi) (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: C. Tessarolo, A. Vianello, S. Gobbato u F. Spitaleri, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: V. Di Bucci, aġent)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Associazione Nazionale fra gli Industriali degli Acquedotti — Anfida (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: P. Alberti, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-Artikoli 2 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/193/KE, tal-5 ta’ Ġunju 2002, dwar għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ eżenzjonijiet fiskali u self b’kundizzjonijiet preferenzjali mogħtija mill-Italja lil impriżi tas-servizz pubbliku b’kapital azzjonarju, fil-parti l-kbira, pubbliku (ĠU 2003, L 77, p. 21).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Confederazione Nazionale di Servizi (Confservizi) hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni.
3)
Associazione Nazionale fra gli Industriali degli Acquedotti — Anfida għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 274, 9.11.2002.
Full & Egal Universal Law Academy