1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/38
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-11 ta’ Ġunju 2009 — ACEA vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-297/02) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Taljani lil ċerti impriżi tas-servizz pubbliku fil-forma ta’ eżenzjonijiet fiskali u self b’rata preferenzjali - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Rikors għal annullament - Interess individwali - Ammissibbiltà - Għajnuna eżistenti jew għajnuna ġdida - Artikolu 87(3)(ċ) KE”)
2009/C 180/68
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: ACEA SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: A. Giardina, L. Radicati di Brozolo u V. Puca, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: V. Di Bucci, aġent)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: ACSM Como SpA (Como, l-Italja) (rappreżentanti: L. Radicati di Brozolo u M. Merola, avukati); u AEM — Azienda Energetica Metropolitana Torino SpA (Torino, l-Italja) (rappreżentanti: M. Merola u L. Radicati di Brozolo, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-Artikoli 2 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/193/KE, tal-5 ta’ Ġunju 2002, dwar għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ eżenzjonijiet fiskali u self b’kundizzjonijiet preferenzjali mogħtija mill-Italja lil impriżi tas-servizz pubbliku b’kapital azzjonarju, fil-parti l-kbira, pubbliku (ĠU 2003, L 77, p. 21).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli sa fejn dan jirrigwarda s-self tal-Cassa Depositi e Prestiti.
2)
Ir-rikors huwa miċħud bħala infondat fir-rigward tal-kumplament tiegħu.
3)
ACEA SpA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni.
4)
ACSM Como SpA u AEM — Azienda Energetica Metropolitana Torino SpA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 289, 23.11.2002.
Full & Egal Universal Law Academy