1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/38
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-11 ta’ Ġunju 2009 — AMGA vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-300/02) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Taljani lil ċerti impriżi tas-servizz pubbliku fil-forma ta’ eżenzjonijiet fiskali u self b’rata preferenzjali - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Rikors għal annullament - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà”)
2009/C 180/69
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Azienda Mediterranea Gas e Acqua SpA (AMGA) (Ġenova, l-Italja) (rappreżentanti: L. Radicati di Brozolo u M. Merola, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: V. Di Bucci, aġent)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: ASM Brescia SpA (Brescia, l-Italja) (rappreżentanti: G. Caia, V. Salvadori, N. Pisani u F. Capelli, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-Artikoli 2 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/193/KE, tal-5 ta’ Ġunju 2002, dwar għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ eżenzjonijiet fiskali u self b’kundizzjonijiet preferenzjali mogħtija mill-Italja lil impriżi tas-servizz pubbliku b’kapital azzjonarju, fil-parti l-kbira, pubbliku (ĠU 2003, L 77, p. 21).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Azienda Mediterranea Gas e Acqua SpA (AMGA) hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha u kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni.
3)
ASM Brescia SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 289, 23.11.2002.
Full & Egal Universal Law Academy