Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Lulju 2007 – Ente per le Ville vesuviane vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-189/02)
“Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) – Waqfien ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja – Rikors għal annullament – Ammissibbiltà – Locus standi tal-benefiċjarju finali ta’ għajnuna – Rabta diretta – Drittijiet tad-difiża – Ksur ta’ l-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 4254/88 emendat – Nuqqas ta’ investigazzjoni”
1. Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment (paragrafu 4 ta’ l-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 37-53)
2. Koeżjoni ekonomika u soċjali - Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali - Għoti ta’ għajnuna finanzjarja għal proġetti magħżula mill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar 1989 (Regolament tal-Kunsill Nru 4254/88, kif emendat bir-Regolament Nru 2083/93, Artikolu 12) (ara l-punti 62-77)
3. Koeżjoni ekonomika u soċjali - Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali - Deċiżjoni li titwaqqaf finanzjarja - Drittijiet tad-difiża tal-benefiċjarju ta’ l-għajnuna - Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 4254/88, kif emendat bir-Regolament Nru 2083/93, Artikolu 12) (ara l-punti 87-100)
Suġġett
Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni D (2002) 810111 tat-13 ta’ Marzu 2002, li twaqqaf l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) bħala investiment infrastrutturali fil-Campania (l-Italja) fir-rigward ta’ sistema integrata ta’ żvilupp għal finijiet turistiċi ta’ tliet vilel Vessuvjani (ERDF Nru 86/05/04/054).
Dispożittiv
1): Ir-rikors huwa miċħud.
2): L-Ente per le Ville vesuviane għandu jbati l-ispejjeż kollha.
Full & Egal Universal Law Academy