23.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 51/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda
(Kawża C-532/03) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Kuntratti pubbliċi - Artikoli 43 KE u 49 KE - Servizzi ta' trasport bl-ambulanza f'emerġenza)
(2008/C 51/05)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: K. Wiedner, X. Lewis, aġenti, u J. Flynn, QC]
Konvenuta: L-Irlanda [rappreżentanti: D. O'Hagan, aġent, A. Collins, SC, E. Regan, SC, C. O'Toole, Barrister]
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 43 KE u 49 KE — Dispożizzjonijiet għall-provvista ta' servizzi ta' trasport bl-ambulanza f'emerġenza — Obbligu ta' reklamar minn qabel — Prinċipji ta' trasparenza, ta' trattament ugwali u ta' non diskriminazzjoni
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata tbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 85, 3.4.2004.
Full & Egal Universal Law Academy