SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (it-Tielet Awla)
10 ta' Ġunju 2004 (*)
«Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas ta' traspożizzjoni tad-Direttiva 98/50/KE – Trasferiment ta' intrapriża – Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema»
Fil-kawża C-333/03,
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, irrappreżentata minn M-J. Jonczy, bħala aġent, b' indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,
rikorrenti
vs
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, irrappreżentat minn S. Schreiner, bhala aġent,
konvenut
li għandu bħala suġġett li jiġi ddikjarat, billi l-Gran Dukat tal-Lussemburgu ma adottax id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji biex ikun konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 98/50/KE, tad-29 ta' Ġunju 1998, li temenda d-Direttiva 77/187/CEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam maż-żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema f'każ ta' trasferiment ta' intrapriżi, negozji jew partijiet ta' negozji (Ġ.U. L 201, p. 88), u, f'kull każ, peress li ma kkomunikax id-dispożizzjonijiet msemmija qabel lill-Kummissjoni, il-Gran Dukat naqas mill-obbligi imposti fuqu skond dik id-Direttiva,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (it-Tielet Awla),
komposta minn A. Rosas, President ta' l-Awla, R. Schintgen u N. Colneric (Relatur), Imhallfin,
Avukat Ġenerali: L. A. Geelhoed,
Reġistratur: R. Grass,
wara li rat ir-rapport ta' l-Imħallef Relatur,
wara li rat id-deċiżjoni adottata, wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali, li taqta' l-kawża minghajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 Permezz ta' talba ddepożitata fir-Reġistru tal-Qorti fit-30 ta' Ġunju 2003, il-Kummissjoni tal-Komunatijiet Ewropej ressqet, skond l-Artikolu 226 KE, rikors sabiex jiġi ddikjarat li, peress li ma adottax il-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji biex ikun konformi mad-Direttiva tal-Kunsill tad-29 ta' Ġunju 1998, 98/50 KE, li emendat id-Direttiva 77/187/KEE, dwar l-approssimazzjoini tal-liġijiet ta' l-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam maż-żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema, f'każ ta' trasferiment ta' intrapriżi, negozji jew partijiet ta' negozji, (ĠU L 201, p. 88, iktar 'il-quddiem "id-Direttiva"), jew, f'kull każ peress li ma kkomunikax id-dispożizzjonijiet msemmija qabel lill-Kummissjoni, il-Gran Dukat naqas mill-obbligi tieghu lu huma imposti fuqu skond dik id-Direttiva.
Il-kuntest ġuridiku u l-proċedura prekontenzjuża
2 Id-Direttiva fl-Artikolu 2 tipprovdi:
"1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari, u amministrativi neċessarji biex jikkonformaw mal-preżenti Direttiva mhux aktar tard mis-17 ta' Lulju 2001 […]
2. Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, dawn għandhom ikollhom riferenza ghad-Direttiva preżenti jew ikollhom riferenza malli jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-mod kif issir din ir-riferenza tiġi deċiża mill-Istat Membru.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw mill-ewwel lill-Kummissjoni bil-miżuri li jadottaw biex idaħħlu fis-seħħ din il-preżenti Direttiva."
3 Id-Direttiva 771/187/KEE tal-Kunsill, tal-14 ta' Frar 1977 (ĠU L 61, p.26) ġiet revokata mid-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta' Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-Liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mad-drittijiet ta' ħaddiema f'każ ta' trasferiment ta' intrapriżi, negozji jew partijiet ta' neogozji, (ĠU L 92 p.16). Skond l-Artikolu 12 ta' l-istess Direttiva 2001/23, id-Direttiva 77/187, kif emendata, (L 82, p.16), hija mħassra bla ħsara għall-obbligi ta' l-Istati Membri għal dak li għandu x'jaqsam mat-termini fit-traspożizzjoni li hemm imsemmija fl-Anness 1, Parti B. L-Anness 1, Parti B, jiffissa l-aħħar data ghat-traspożizzjoni tad-Direttiva fis-17 ta' Lulju 2001.
4 Peress li ma rċeviet l-ebda notifikazzjoni tal-miżuri nazzjonali ta' traspożizzjoni tad-Direttiva, il-Kummissjoni bdiet il-proċedura għan-nuqqas ta' twettiq ta' obbligu skond l-artikolu 226 KE. Wara li avżat lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu li għandu jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu, hija, fit-3 ta' April 2003, ħarġet opinjoni motivata fit-3 ta' April 2003, fejn intimat lil dan l-Istat Membru sabiex jieħu l-miżuri neċessarji biex ikun konformi ma' dak il-parir f'terminu ta' xahrejn li kellu jibda jgħodd minn meta jiġi nnotifikat.
5 Peress li l-Gran Dukat tal-Lussemburgu ma rrispondiex lil din l-opinjoni, il-Kummissjoni ddeċidiet li tressaq il-preżenti rikors.
Fuq ir-rikors
Argumenti tal- partjiet
6 Il-Kummissjoni tikkonstata li l-Gran Dukat tal-Lussemburgu ma ħax il-miżuri neċessarji biex ikun konformi mad-Direttiva jew, f'kull każ, dawn ma ġewx ikkomunikati, u għalhekk naqas mill-obbligi imposti fuqu skond dik id-Direttiva.
7 Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu issottometta li l-abbozz ta' liġi nru 4896 dwar ir-regolamentazzjoni taż-żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema f'każ ta' trasferiment ta' intrapriżi, ta' negozji, jew ta' partijiet ta' negozji, bil-għan li jittrasponi d-Direttiva, ġie ddepożitat fis-27 ta' Diċembru 2001 fil-Kamra tad-Deputati. Wara żewġ opinjonijiet mogħtija mill-Kunsill ta' l-Istat fix-xhur ta' Mejju u Lulju 2003, il-Kummissjoni tax-Xoghol u l-Impjieg tal-Kamra tad-Deputati kellha tiddeċiedi fis-7 ta' Lulju 2003 sabiex tagħmel xi emendi fit-test ta' l-abbozz ta' liġi. Dawn l-emendi kellhom ikunu approvati mill-Kunsill tal-Gvern (Kabinett) fit-18 ta' Lulju 2003 u mibgħuta lill-Kunsill tal-Istat u lill-Kamra tad-Deputati. Fil-laqgħa tas-7 ta' Lulju 2003, l-imsemmija Kummissjoni kellha tiddeċiedi li tpoġġi l-abbozz ta' liġi fl-aġenda tal-Kamra tad-Deputati sabiex il-liġi tkun tista' titqiegħed għall-vot fix-xahar ta' Ottubru 2003.
Kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja
8 Jirriżulta minn ġurisprudenza kostanti li l-eżistenza ta' nuqqas ta' obbligu jrid jiġi kkunsidrat skond is-sitwazzjoni ta' l-Istat Membru kif dan ikun fl-aħħar tat- terminu ffissat fl-opinjoni motivata (ara, b'mod partikolari, is-sentenzi tal-15 ta' Marzu 2001, il-Kummissjoni vs Franza, Ġabra p .I-2387, punt 26, u ta' l-4 ta' Lulju 2002, Il-Kummissjoni vs Greċja, Ġabra p I-6129, punt 7).
9 Issa, huwa paċifiku li l-Gran Dukat ma ħax il-miżuri neċessarji biex jassigura t-traspożizzjoni tad-Direttiva fiż-żmien mogħti fl-opinjoni motivata.
10 Għalhekk, irid jiġi konstatat, li meta ma ħax il-miżuri leġiżlattivi, regolamentari u amministratitivi neċessarji biex ikun konformi mad-Direttiva, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas mill-obbligi imposti fuqu skond din id-Direttiva.
Dwar l-ispejjeż
11 Skond l-Artikolu 69, (2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Il-Kummissjoni talbet il-kundanna għall-ispejjeż tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, li peress li spiċċa tellief, għandu jbati l-ispejjeż.
Għal dawn il-motivi ,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (it-Tielet Awla)
taqta’ u tiddeċiedi:
1) Illi meta ma ħax il-miżuri leġiżlattivi, regolamentari u amministratitvi neċessarji biex ikun konformi mad-Direttiva 98/50/KE tal-Kunsill, tad-29 ta' Ġunju 1998, li emendat id-Direttiva 77/187/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam maż-żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema f'każ ta' intrapriżi, negozji jew partijiet ta' negozji, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas mill-obbligi tiegħu li huma imposti fuqu skond l-imsemmija Direttiva.
2) Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu għandu jbati l-ispejjeż.
Rosas
Schintgen
Colneric
Mogħtija fil-Qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fl-10 ta' Ġunju 2004.
R. Grass
A. Rosas
Reġistratur
President tat-Tielet Awla
* Lingwa tal-kawża il-Franciż.
Full & Egal Universal Law Academy