Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Mejju 2010 – Tetra Laval vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda C‑12/03 P-DEP u C-13/03 P-DEP)
“Intaxxar tal-ispejjeż”
1. Proċedura - Spejjeż - Talba għall-irkupru (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 74) (ara l-punti 21, 22)
2. Proċedura - Spejjeż - Intaxxar - Spejjeż li jistgħu jinġabru - Spejjeż indispensabbli li saru mill-partijiet (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 73(b)) (ara l-punti 40-44, 55-57, 62)
Suġġett
Rikors għall-intaxxar tal-ispejjeż wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Frar 2005.
Dispożittiv
1)
Il-Kawżi C-12/03 P-DEP u C-13/03 P-DEP huma magħquda għall-finijiet tad-digriet.
2)
L-ammont totali tal-ispejjeż li l-Kummissjoni Ewropea għandha tirrimborsa lil Tetra Laval BV huwa ffissat għal EUR 124 000.
Full & Egal Universal Law Academy