20.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 141/37
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ April 2009 — Itochu vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-12/03) (1)
(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-consoles tal-logħob vidjo (video games) u tal-cartridges tal-logħob kompatibbli mal-consoles tal-logħob Nintendo - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Limitazzjoni tal-esportazzjoni parallela - Responsabbiltà għall-aġir illegali - Multi - Trattament differenzjat - Effett dissważiv - Dewmien tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni matul il proċedura amministrattiva”)
2009/C 141/74
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Itochu Corp. (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentanti: Y. Shibasaki, G. van Gerven, T. Franchoo, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment minn P. Hellström u O. Beynet, sussegwentement minn F. Castillo de la Torre u O. Beynet, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-Artikoli 1, 3 u 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/675/KE, tat-30 ta’ Ottubru 2002, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (COMP/35.587 PO Video Games, COMP/35.706 PO Nintendo Distribution u COMP/36.321 Omega — Nintendo) (ĠU 2003, L 255, p. 33), sa fejn jirreferu għar-rikorrenti, jew, b’mod sussidjarju, talba għat-tnaqqis tal-multa imposta fuqha.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Itochu Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż
(1) ĠU C 55, 8.3.2003
Full & Egal Universal Law Academy