20.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 141/37
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ April 2009 — Nintendo u Nintendo of Europe vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-13/03) (1)
(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-consoles tal-logħob vidjo (video games) u tal-cartridges tal-logħob Nintendo - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Limitazzjoni tal-esportazzjoni parallela - Multi - Effett dissważiv - Tul tal-ksur - Ċirkustanzi aggravanti - Rwol ta’ mexxej jew istigatur - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva”)
2009/C 141/75
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Nintendo Co., Ltd (Kyoto, il-Ġappun); u Nintendo of Europe GmbH (Grossostheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Forrester, QC, J. Pheasant, M. Powell, C. Kennedy-Loest, solicitors, u J. Killick, barrister)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: irrapreżentata inizjalment minn O. Beynet u A. Whelan, sussegwentement minn X. Lewis u O. Beynet, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament jew tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/675/KE, tat-30 ta’ Ottubru 2002, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (COMP/35.587 PO Video Games, COMP/35.706 PO Nintendo Distribution u COMP/36.321 Omega — Nintendo) (ĠU 2003, L 255, p. 33).
Dispożittiv
1)
L-ammont tal-multa imposta fuq Nintendo Co., Ltd u Nintendo of Europe GmbH huwa stabbilit għal EUR 119 242 500.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 70, 22.3.2003.
Full & Egal Universal Law Academy