20.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 141/38
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ April 2009 — CD-Contact Data vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-18/03) (1)
(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-consoles tal-logħob vidjo (video games) u tal-cartridges tal-logħob Nintendo - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Limitazzjoni tal-esportazzjoni parallela - Prova tal-eżistenza ta’ ftehim intiż sabiex jillimita l-kompetizzjoni parallela - Multi - Trattament differenzjat - Ċirkustanzi attenwanti”)
2009/C 141/76
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: CD-Contact Data GmbH (Burglengenfeld, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. de Pree u R. Wesseling, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Oliver, X. Lewis u O. Beynet, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni 2003/675/KE, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (COMP/35.587 PO Video Games, COMP/35.706 PO Nintendo Distribution u COMP/36.321 Omega — Nintendo) (ĠU 2003, L 255, p. 33).
Dispożittiv
1)
L-ammont tal-multa imposta fuq CD-Contact Data GmbH huwa stabbilit għal EUR 500 000.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 70, 22.3.2003.
Full & Egal Universal Law Academy