8.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 285/33
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-24 ta' Settembru 2008 — Kahla/Thüringen Porzellan vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-20/03) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna eżistenti jew għajnuna ġdida - Impriża f'diffikultà - Prinċipju ta' ċertezza legali - Prinċipju ta' protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Kriterju tal-investitur privat - Kompatibbiltà mas-suq komuni - Kundizzjonijiet’)
(2008/C 285/58)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Kahla/Thüringen Porzellan GmbH (Kahla, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Schütte u S. Zühlke, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Kreuschitz u V. Di Bucci, aġenti, assistiti minn M. C. Koenig, professur)
Partijiet intervenjenti in sostenn tar-rikorrenti: Freistaat Thüringen (il-Ġermanja) (rappreżentanti: l-ewwel A. Weitbrecht u A. van Ysendyck, wara A. Weitbrecht u M. Núñez-Müller, avukati); u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: W.-D. Plessing u M. Lumma, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/643/KE, tat-13 ta' Mejju 2003, dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Ġermanja favur Kahla Porzellan GmbH u Kahla/Thüringen Porzellan GmbH (ĠU L 227, p. 12), in kwantu din id-deċiżjoni tirrigwarda l-għajnuna finanzjarja mogħtija favur Kahla/Thüringen Porzellan GmbH.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Kahla/Thüringen Porzellan GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll terz ta' dawk sostnuti mill-Kummissjoni. Din tal-aħħar għandha tbati żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha.
3)
Il-Land ta' Thuringe u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 70, 22.3.2003.
Full & Egal Universal Law Academy