12.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 331/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta Settembru 2011 — 3F vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-30/03 RENV) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Għajnuna fiskali mogħtija mill-awtoritajiet Daniżi - Baħħara impjegati fuq bastimenti rreġistrati fir-reġistru internazzjonali Daniż - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet - Rikors għal annullament - Diffikultajiet serji)
2011/C 331/25
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: 3F, li kien Specialarbejderforbundet i Danmark (SID) (Kopenħagen, id-Danimarka) (rappreżentanti: inizjalment P. Bentley, QC, u A. Worsøe, avukat, sussegwentement P. Bentley u P. Torbøl, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u N. Khan, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: V. Pasternak Jørgensen u C. Vang, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2002) 4370 finali, tat-13 ta’ Novembru 2002, li ma tqajjimx oġġezzjonijiet dwar miżuri fiskali Daniżi li japplikaw għall-baħħara fuq bastimenti rreġistrati fir-reġistru internazzjonali Daniż.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
3F, li kien Specialarbejderforbundet i Danmark (SID), huwa kkundannat għall ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali.
(3)
Ir-Renju tad-Danimarka għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess sostnuti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali.
(1) ĠU C 70, 22.03.2003.
Full & Egal Universal Law Academy